Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 30

Dawk li Tħobb u Mietu Se Jerġgħu Jgħixu!

Dawk li Tħobb u Mietu Se Jerġgħu Jgħixu!

Meta jmutilna xi ħadd, inkunu mdejqin ħafna. Għalhekk il-​Bibbja tgħid li l-​mewt hi għadu. (1 Korintin 15:26) F’lezzjoni 27, tgħallimt li Ġeħova se jeqred lil dan l-​għadu. Imma x’se jiġri min-​nies li jkunu diġà mietu? F’din il-​lezzjoni, se titgħallem iktar dwar wegħda sabiħa oħra taʼ Ġeħova. Hu wiegħed li biljuni taʼ nies se jerġgħu jgħixu ħajja ferħana għal dejjem. Hu se jirxoxtahom! Vera jistaʼ jiġri dan? Se jiġu rxoxtati fis-​sema jew fuq l-​art?

1. Ġeħova xi jrid jagħmel lil dawk li nħobbu u mietu?

Ġeħova jħares ’il quddiem biex jagħti l-​ħajja lil dawk li mietu. Ġob, raġel li kellu l-​fidi, kien ċert li Alla ma kienx se jinsieh meta jmut. Lil Alla qallu: “Int issejjaħli, u jien inwieġbek [mill-​Qabar].”​—Aqra Ġob 14:​13-​15.

2. Kif nafu li l-​mejtin se jerġgħu jgħixu?

Meta Ġesù kien fuq l-​art, Alla tah il-​qawwa biex iqajjem in-​nies mill-​mewt. Ġesù rxoxta tifla taʼ 12-​il sena u tifel taʼ armla. (Marku 5:​41, 42; Luqa 7:​12-​15) Iktar tard miet il-​ħabib taʼ Ġesù, Lazzru. Għalkemm Lazzru kien ilu erbat ijiem mejjet, Ġesù reġaʼ qajmu mill-​mewt. Wara li Ġesù talab lil Alla, Ġesù qal: “Lazzru, oħroġ!” U “dak li qabel kien mejjet ħareġ” ħaj! (Ġwanni 11:​43, 44) Immaġina kemm ferħu l-​familja u l-​ħbieb taʼ Lazzru!

3. X’tama hemm għal dawk li nħobbu u mietu?

Il-​Bibbja twiegħed li “se jkun hemm irxoxt.” (Atti 24:15) Dawk li ġew irxoxtati minn Ġesù ma marrux is-​sema. (Ġwanni 3:13) Huma kienu ferħanin li ġew irxoxtati hawn fuq l-​art. Bl-​istess mod, Ġesù daqt se jqajjem lil biljuni taʼ nies biex igawdu l-​ħajja taʼ dejjem fil-​ġenna tal-​art. Hu qal li “dawk kollha li qegħdin fl-​oqbra tat-​tifkira” se jiġu rxoxtati. Anki jekk ħadd ma jiftakarhom, Ġeħova se jiftakar fihom.​—Ġwanni 5:​28, 29.

TGĦALLEM IŻJED

Tgħallem mill-​Bibbja għala nistgħu nkunu ċerti li Ġesù għandu l-​qawwa jirxoxta lin-​nies u li se jagħmel dan. Sir af kif l-​irxoxt jistaʼ jtik tama u jgħinek tħossok aħjar.

4. Ġesù wera li jistaʼ jirxoxta l-​mejtin

Ara x’għamel iktar Ġesù għall-​ħabib tiegħu Lazzru. Aqra Ġwanni 11:​14, 38-​44, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif nafu li Lazzru vera miet?​—Ara vers 39.

  • Kieku Lazzru mar is-​sema, taħseb li kien se jieħu pjaċir li kieku Ġesù reġaʼ ġabu fuq l-​art?

Ara l-​VIDJOW.

5. Ħafna se jiġu rxoxtati!

Aqra Salm 37:​29, u mbagħad iddiskuti:

  • Fejn se jiġu rxoxtati dawn il-​biljuni taʼ nies?

Ġesù mhux se jqajjem biss lil dawk li jaqdu lil Ġeħova. Aqra Atti 24:​15, u mbagħad iddiskuti:

  • Lil min tixtieq terġaʼ tara?

Aħseb: Għal Ġesù hu faċli biex jirxoxta lil xi ħadd daqs kemm hu faċli għal missier biex iqajjem lit-​tifel tiegħu li jkun rieqed

6. L-​irxoxt se jtik tama u jgħinek tħossok aħjar

Fil-​Bibbja hemm l-​istorja tat-​tifla taʼ Ġajru. Din għenet u inkuraġġiet lil ħafna li kienu mdejqin ħafna wara li tilfu lil xi ħadd. Aqra din l-​istorja li ġrat vera f’Luqa 8:​40-​42, 49-​56.

Qabel ma Ġesù rxoxta t-​tifla taʼ Ġajru, hu qal lil missierha: “Tibżax, biss uri l-​fidi.” (Ara vers 50.) It-​tama tal-​irxoxt kif tgħinek . . .

  • meta jmut xi ħadd li tħobb?

  • meta tkun fil-​periklu tal-​mewt?

Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

  • It-​tama tal-​irxoxt kif għenet u inkuraġġiet lill-​ġenituri taʼ Phelicity?

ĦAFNA JGĦIDU: “Insibha diffiċli biex nemmen li l-​mejtin se jerġgħu jgħixu fuq l-​art.”

  • X’taħseb?

  • X’vers tistaʼ tuża biex turi li se jiġu rxoxtati l-​mejtin?

XI DDISKUTEJNA?

Il-​Bibbja twiegħed li biljuni taʼ nies se jiġu rxoxtati. Ġeħova jixtieqhom jerġgħu jgħixu. Hu ta l-​qawwa lil Ġesù biex jirxoxtahom.

X’Tgħallimt

  • Kif nafu li Ġeħova u Ġesù qed iħarsu ’l quddiem biex iqajmu lin-​nies mill-​mewt?

  • Fejn se jgħixu l-​biljuni taʼ nies irxoxtati, fis-​sema jew fuq l-​art? Għala taħseb hekk?

  • X’jikkonvinċik li se terġaʼ tara lil dawk li tħobb?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Tgħallem kif tistaʼ tkampa wara li jmutlek xi ħadd.

“Għajnuna għal dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż” (Stenbaħ! Nru. 3 2018)

Vera li l-​prinċipji tal-​Bibbja jistgħu jinkuraġġixxu lil persuna li jkun mitilha xi ħadd?

Meta Xi Ħadd li Tħobb Imut (5:06)

It-​tfal kif jistgħu jkampaw meta jmutilhom xi ħadd li jħobbu?

Il-​fidwa (2:​07)

Hemm min se jiġi rxoxtat fis-​sema? Min mhux se jiġi rxoxtat?

“X’inhu l-​irxoxt?” (Artiklu fuq jw.org)