Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 33

X’Se Tagħmel is-Saltna t’Alla

X’Se Tagħmel is-Saltna t’Alla

Is-​Saltna t’Alla ġa qiegħda tmexxi. Daqt se tbiddel ħafna affarijiet fuq l-​art. Ejja naraw xi affarijiet sbieħ li se jkun hawn permezz tas-​Saltna t’Alla.

1. Is-​Saltna t’Alla kif se ġġib paċi u ġustizzja fuq l-​art?

Ġesù, bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, se jeqred lin-​nies ħżiena u l-​gvernijiet fil-​gwerra t’Armageddon. (Rivelazzjoni 16:​14, 16) Imbagħad se naraw din il-​wegħda mill-​Bibbja: “Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar.” (Salm 37:10) Ġesù se juża s-​Saltna biex jagħmel ċert li mad-​dinja kollha jkun hawn il-​paċi u l-​ġustizzja.​—Aqra Isaija 11:4.

2. Il-​ħajja kif se tkun meta fuq l-​art isir dak li jrid Alla?

Taħt is-​Saltna t’Alla ‘l-​ġusti se jirtu l-​art, u jgħixu fiha għal dejjem.’ (Salm 37:29) Tistaʼ timmaġina? Fid-​dinja kulħadd se jkun persuna tajba u jħobb lil Ġeħova u lil oħrajn! Ħadd mhu se jimrad u kulħadd se jgħix għal dejjem.

3. Is-​Saltna t’Alla x’se tagħmel wara li jinqerdu l-​ħżiena?

Wara li jinqerdu l-​ħżiena, Ġesù se jmexxi bħala Sultan għal 1,000 sena. F’dak iż-​żmien, hu u l-​144,000 li se jmexxu miegħu, se jgħinu lin-​nies kollha fuq l-​art isiru perfetti. Fl-​aħħar tal-​1,000 sena, l-​art se ssir ġenna sabiħa u kulħadd se jkun ferħan għax ikun qed jobdi lil Ġeħova. Imbagħad Ġesù se jagħti lura s-​Saltna lil Missieru Ġeħova. Isem Ġeħova se jiġi mqaddes iżjed minn qatt qabel. (Mattew 6:​9, 10) Ħadd mhu se jkollu dubju li Ġeħova hu Mexxej tajjeb li jimpurtah min-​nies tiegħu. Ġeħova mbagħad se jeqred lil Satana, id-​dimonji u dawk li jiħduha kontra kif imexxi Hu. (Rivelazzjoni 20:​7-​10) Il-​kundizzjonijiet perfetti li se ġġib is-​Saltna t’Alla se jibqgħu għal dejjem.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af għala tistaʼ tkun ċert li Alla se juża s-​Saltna biex iżomm il-​wegħdi li għamlilna għall-​futur.

4. Is-​Saltna t’Alla se tneħħi l-​gvernijiet fuq l-​art

“Il-​bniedem iddomina lill-​bniedem bi ħsara għalih.” (Ekkleżjasti 8:9) Ġeħova se juża s-​Saltna tiegħu biex ineħħi l-​inġustizzja li għamlu n-​nies.

Aqra Danjel 2:44 u t-2 Tessalonikin 1:​6-​8, u mbagħad iddiskuti:

  • Ġeħova u Ibnu Ġesù, x’se jagħmlu lill-​gvernijiet fuq l-​art u lil dawk li jżommu magħhom?

  • Dak li tgħallimt dwar Ġeħova u Ġesù, kif jgħinek tkun ċert li dak li se jagħmlu se jkun tajjeb?

5. Ġesù hu l-​aqwa Sultan

Bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, Ġesù se jgħin lin-​nies fuq l-​art b’ħafna modi. Ara l-​VIDJOW biex issir taf kif Ġesù ġa wera li jrid jgħin lin-​nies u li Alla tah il-​qawwa biex jagħmel dan.

Dak li għamel Ġesù meta kien fuq l-​art jagħtina idea x’se tagħmel is-​Saltna t’Alla. Liema minn dawn il-​barkiet tixtieq tara? Aqra l-​iskritturi li ġejjin. Dawn jgħinuna nitgħallmu iżjed dwar dawn il-​barkiet.

META KIEN FUQ L-​ART, ĠESÙ . . .

MIS-​SEMA ĠESÙ SE . . .

  • ineħħi l-​ġuħ mid-​dinja. ​—Salm 72:16.

  • jagħmel ċert li kulħadd se jkollu saħħa perfetta.​—Isaija 33:24.

6. Is-​Saltna t’Alla se ġġib futur sabiħ

Is-​Saltna se tagħti lin-​nies il-​ħajja sabiħa li Ġeħova dejjem ried għalihom. Huma se jgħixu għal dejjem f’ġenna tal-​art. Biex tara kif Ġeħova qed juża lil Ġesù biex jagħmel dak li jrid għalina ara l-​VIDJOW.

Aqra Salm 145:​16, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tħossok li Ġeħova se ‘jissodisfa x-​xewqa taʼ kull ħaġa ħajja’?

ĦAFNA JGĦIDU: “Jekk naħdmu flimkien, nistgħu nsolvu l-​problemi li hawn fid-​dinja.”

  • Is-​Saltna t’Alla liema problemi se ssolvi li l-​gvernijiet fuq l-​art ma jistgħux?

XI DDISKUTEJNA?

Is-​Saltna t’Alla se tagħmel dak kollu li jrid Alla. Hi se tbiddel l-​art f’ġenna sabiħa u se tkun mimlija b’nies tajbin li jaqdu lil Ġeħova għal dejjem.

X’Tgħallimt

  • Is-​Saltna t’Alla kif se tqaddes isem Ġeħova?

  • Għala nistgħu nemmnu li l-​wegħdi kollha li hemm fil-​Bibbja se jsiru permezz tas-​Saltna t’Alla?

  • Mill-​affarijiet tajbin kollha li se tagħmel is-​Saltna t’Alla, x’tixtieq tara l-​iżjed?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara x’se jiġri waqt u fl-​aħħar tal-​1,000 sena li se jmexxi Ġesù.

“What Will Happen on Judgment Day?” (The Watchtower, September 1, 2012)

Ara kif il-​familji jistgħu jimmaġinaw lilhom infushom flimkien fil-​Ġenna tal-​art.

Immaġinak fil-​Ġenna tal-​art (1:​50)

Fl-​istorja “I Was Troubled by Many Questions,” aqra kif raġel li kien jiħodha kontra l-​politika sab is-​soluzzjonijiet li kien qed ifittex.

“The Bible Changes Lives” (The Watchtower, January 1, 2012)