Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 34

X’Nistgħu Nagħmlu Biex Nuru li Nħobbu lil Ġeħova?

X’Nistgħu Nagħmlu Biex Nuru li Nħobbu lil Ġeħova?

Kemm ilek tistudja l-​Bibbja, sirt tħobb lil Alla iżjed? Tixtieq tkun ħabib aħjar tiegħu? Ftakar li iżjed ma Ġeħova jarak li tħobbu, iżjed se jħobbok u jieħu ħsiebek. Kif tistaʼ turih li tħobbu?

1. Kif nuru li nħobbu lil Ġeħova?

Aħna nuru li nħobbu lil Ġeħova billi nobduh. (Aqra l-​1 Ġwanni 5:3.) Hu ma jisforza lil ħadd biex jobdih. Minflok, hu jagħti lil kulħadd l-​opportunità biex jagħżel jekk iridx jobdih jew le. Għala? Għax Ġeħova jridna ‘nobduh minn qalbna.’ (Rumani 6:17) Allura hu jridek tobdih għax tħobbu, u mhux għax m’għandekx għażla. It-​3 u r-​4 Parti taʼ dan il-​ktieb se jgħinuk tħobb iżjed lil Ġeħova. Dan turih billi tagħmel dak li jogħġbu u ma tagħmilx dak li ma jogħġbux.

2. Għala jistaʼ jkun diffiċli biex nuru li nħobbu lil Ġeħova?

‘Ħafna huma d-​diffikultajiet tal-​ġust.’ (Salm 34:19) Kollha kemm aħna imperfetti. U jaf ikollna problemi taʼ flus, inġustizzja, jew diffikultajiet oħra. Meta niffaċċjaw il-​problemi, jaf ma tkunx faċli biex nagħmlu dak li jrid Ġeħova. Dan għax jistaʼ jkun iżjed faċli li ma nobduhx. Imma meta dejjem tobdi lil Ġeħova, inti tkun qed turi li tħobbu iżjed minn kull ħaġa oħra. U tkun qed turi wkoll li inti leali lejh. Imbagħad hu se jkun leali lejk ukoll. Hu qatt mhu se jħallik waħdek.​—Aqra Salm 4:3.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af għala Ġeħova jieħu pjaċir meta inti tobdih, u x’se jgħinek biex tibqaʼ leali lejh.

3. Kwistjoni li tinvolvi lilek

Fil-​Bibbja, fil-​ktieb taʼ Ġob, naqraw li Satana akkuża lil Ġob u lil kull min irid jaqdi lil Ġeħova. Aqra Ġob 1:​1, 6-​22, 2:​1-​10, u mbagħad iddiskuti:

  • Skont Satana, Ġob għala kien jobdi lil Ġeħova?​—Ara Ġob 1:​9-​11.

  • Satana x’jgħid dwarek u dwar in-​nies kollha?​—Ara Ġob 2:4.

Aqra Ġob 27:5b, u mbagħad iddiskuti:

  • Ġob kif wera li vera jħobb lil Ġeħova?

Ġob wera li jħobb lil Ġeħova billi baqaʼ leali lejh

Aħna nuru li nħobbu lil Ġeħova billi nibqgħu leali lejh

4. Agħmel lil Ġeħova ferħan

Aqra Proverbji 27:​11, u mbagħad iddiskuti:

  • Ġeħova kif iħossu meta tieħu deċiżjonijiet tajbin u tobdih? Għala taħseb hekk?

5. Tistaʼ tkun leali lejn Ġeħova

Peress li nħobbu lil Ġeħova, inkunu rridu nitkellmu m’oħrajn dwaru. Anki meta ma jkunx faċli, aħna xorta nibqgħu leali lejh u nitkellmu dwaru. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

  • Issibha diffiċli biex titkellem dwar Ġeħova m’oħrajn?

  • Fil-​vidjow, Grayson x’għamel biex ma jibżax?

Se jkun iżjed faċli biex inkunu leali lejn Ġeħova jekk inħobbu dak li jħobb u nobogħdu dak li jobgħod. Aqra Salm 97:​10, u mbagħad iddiskuti:

  • Minn dak li tgħallimt, x’inhuma xi affarijiet li jħobb Ġeħova? X’inhuma xi affarijiet li jobgħod?

  • Kif tistaʼ titgħallem tħobb dak li hu tajjeb u tobgħod dak li hu ħażin?

6. Meta nobdu lil Ġeħova jkun għall-​ġid tagħna

Dejjem ikun aħjar li nobdu lil Ġeħova. Aqra Isaija 48:​17, 18, u mbagħad iddiskuti:

  • Tħossok ċert li Ġeħova dejjem jaf x’inhu l-​aħjar għalina? Għala taħseb hekk?

  • Li tistudja dwar Ġeħova u l-​Bibbja, kif għenek s’issa?

ĦAFNA JGĦIDU: “Alla ma jimpurtahx minn dak li nagħmel.”

  • Liema skrittura tistaʼ tuża biex turi li dak li tagħmel jeffettwa kif iħossu Ġeħova?

XI DDISKUTEJNA?

Int tistaʼ turi li tħobb lil Ġeħova billi tobdih u tibqaʼ leali lejh minkejja l-​problemi.

X’Tgħallimt

  • X’tgħallimt mill-​eżempju taʼ Ġob?

  • Kif se turi li tħobb lil Ġeħova?

  • X’se jgħinek tibqaʼ leali lejn Ġeħova?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Sir af kif tistaʼ tkun leali lejn Ġeħova u lejn l-​organizzazzjoni tiegħu.

“Ma’ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà” (16:49)

Ara kif anki t-​tfal jistgħu juru li jħobbu lil Ġeħova.

Ferraħ lil Ġeħova (8:​16)

Iż-​żgħażagħ kif jistgħu jibqgħu leali lejn Alla meta oħrajn iġegħluhom jagħmlu affarijiet ħżiena?

Irreżisti l-​pressjoni minn dawk tamparek! (3:​59)