Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 39

Alla X’Jaħseb Dwar id-Demm?

Alla X’Jaħseb Dwar id-Demm?

Id-​demm hu importanti ħafna. Mingħajru ma nistgħux nibqgħu ħajjin. Peress li Alla ħalaqna, hu għandu d-​dritt jgħidilna kif nużaw id-​demm. X’qalilna dwar id-​demm? Nistgħu nikluh, nagħtuh jew niħduh? U kif tistaʼ tiddeċiedi x’għandek tagħmel?

1. Id-​demm xi jfisser għal Ġeħova?

Fi żmien il-​Bibbja, Ġeħova qal lill-​qaddejja tiegħu: “Ir-​ruħ taʼ kull tip taʼ laħam hi demmu.” (Levitiku 17:14) Għal Ġeħova, id-​demm hu l-​ħajja. Il-​ħajja hi rigal speċjali mingħand Ġeħova, allura d-​demm ukoll hu speċjali ħafna.

2. Alla x’jgħid dwar id-​demm?

Fi żmien Noè, wara d-​Dulluvju, Ġeħova kmanda lin-​nies tiegħu biex ma jiklux demm. Hu reġaʼ ta l-​istess kmand lin-​nies t’Iżrael. (Aqra Ġenesi 9:4 u Levitiku 17:10.) Fi żmien l-​ewwel Kristjani, permezz tal-​ġemgħa li tiggverna, Ġeħova reġaʼ ta dal-​kmand: ‘Ibqgħu tbiegħdu mid-​demm.’​—Aqra Atti 15:​28, 29.

Xi jfisser li nitbiegħdu mid-​demm? Jekk tabib jgħidlek biex titbiegħed mill-​alkoħol, jiġifieri ma tixrobx, int se tieqaf tixrob. Imma se tiekol ikel li fih l-​alkoħol? Jew se tieħu injection bl-​alkoħol? Żgur li le. Allura, il-​kmand t’Alla biex nitbiegħdu mid-​demm ifisser li m’għandniex nixorbuh jew nieklu laħam li fih id-​demm. Lanqas ma nieklu ikel li għandu d-​demm fih.

It-​tobba jistgħu jużaw id-​demm biex jipprovaw ifejqu lil xi ħadd. Pereżempju, jistgħu jipprovaw jagħtu d-​demm jew partijiet minnu bħal: ċelluli ħomor, ċelluli bojod, platelets, jew plażma. Dawn il-​proċeduri jiksru l-​liġi t’Alla. Imma t-​tobba jistgħu jużaw id-​demm b’modi oħra li m’hemmx liġi fil-​Bibbja dwarhom. Huma jistgħu jużaw partijiet iżgħar tad-​demm, li jgħidulhom frazzjonijiet, biex jagħmlu mediċina. Dawn jistgħu jkunu proteini, vitamini, jew affarijiet oħra miċ-​ċelluli ħomor, ċelluli bojod, platelets, jew plażma. F’sitwazzjonijiet oħra, it-​tobba forsi jkunu jridu jużaw id-​demm tal-​pazjent. Fil-​każijiet fejn m’hemmx liġi dwarhom fil-​Bibbja, kulħadd għandu jiddeċiedi għalih stess. a​—Galatin 6:5.

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif tistaʼ tieħu deċiżjonijiet tajbin dwar is-​saħħa fejn jidħol id-​demm.

3. Ħu deċiżjonijiet li jogħġbu lil Ġeħova

Kif tistaʼ tieħu deċiżjonijiet li jogħġbu lil Alla dwar id-​demm? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti din il-​mistoqsija: Għala hu importanti li żżomm f’moħħok il-​punti li ġejjin qabel tiddeċiedi?

  • Itlob biex tifhem.​—Ġakbu 1:5.

  • Fittex prinċipji mill-​Bibbja u ara kif tistaʼ tużahom.​—Proverbji 13:16.

  • Ara x’għażliet differenti jeżistu fejn toqgħod int.

  • Kun ċert x’ma tridx tieħu.

  • Ara li d-​deċiżjonijiet tiegħek iħallulek kuxjenza nadifa.​—Atti 24:16. b

  • Kun af li ħadd m’għandu jgħidlek x’għandek tagħmel fejn tidħol il-​kuxjenza. La r-​raġel jew il-​mara tiegħek, la anzjan, u lanqas min qed jgħallmek il-​Bibbja.​—Rumani 14:12.

  • Ikteb xi tkun iddeċidejt ħalli oħrajn ikunu jafu.

4. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jfittxu l-​aħjar mod biex ifiqu

Tistaʼ tobdi l-​liġi t’Alla dwar id-​demm u ssib l-​aqwa trattament mediku mingħajr demm. Ara l-​VIDJOW.

Aqra Titu 3:​2, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala dejjem għandna nitkellmu mat-​tobba b’rispett u bi ħlewwa?

Ma niħdux

Deċiżjoni personali

A. Plażma

Frazzjonijiet mill-​plażma

B. Ċelluli bojod

Frazzjonijiet miċ-​ċelluli bojod

C. Platelets

Frazzjonijiet mill-​platelets

D. Ċelluli ħomor

Frazzjonijiet miċ-​ċelluli ħomor

 5. Il-​frazzjonijiet tad-​demm

Id-​demm hu magħmul minn erbaʼ partijiet prinċipali: ċelluli ħomor, ċelluli bojod, platelets, u plażma. Dawn l-​erbaʼ partijiet huma magħmulin minn affarijiet iżgħar li jgħidulhom frazzjonijiet. c Xi frazzjonijiet jintużaw biex ifejqu jew biex jgħinu ħalli jwaqqfu d-​demm.

Kull Kristjan għandu jara x’tgħid il-​kuxjenza tiegħu dwar il-​frazzjonijiet tad-​demm. Dan għandu jagħmlu skont x’tgħid il-​Bibbja. Xi Kristjani jiddeċiedu li ma jagħmlux operazzjoni, jieħdu mediċina, jagħmlu testijiet, jew affarijiet oħra li fihom frazzjonijiet tad-​demm. Oħrajn iħossu li l-​kuxjenza tagħhom tħallihom jieħdu frazzjonijiet.

Qabel ma tieħu deċiżjoni, saqsi lilek innifsek:

  • Kif se nispjega lit-​tabib għala ma rridx jew irrid ċerti frazzjonijiet tad-​demm?

XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “X’hemm ħażin li tagħti jew tieħu d-​demm? Isalva tant nies!”

  • Int x’taħseb?

XI DDISKUTEJNA?

Ġeħova jridna nirrispettaw id-​demm.

X’Tgħallimt

  • Id-​demm għala hu speċjali ħafna għal Ġeħova?

  • Kif nafu li l-​liġi t’Alla dwar id-​demm turi li m’għandniex nieħdu demm?

  • Kif tistaʼ tieħu deċiżjonijiet tajbin dwar id-​demm?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

X’se jgħinek tiddeċiedi tridx tuża d-​demm tiegħek stess waqt operazzjoni, fil-​mediċina, jew għat-​testijiet?

“Mistoqsijiet mill-​Qarrejja” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 t’Ottubru 2000)

X’se jgħinek tiddeċiedi tiħux frazzjonijiet żgħar tad-​demm?

“Mistoqsijiet mill-​Qarrejja” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 taʼ Ġunju 2004)

X’għen lil tabib jemmen li kif jaħsibha Ġeħova dwar id-​demm hu raġonevoli?

“Aċċettajt il-​Ħarsa t’Alla dwar id-​Demm” (Stenbaħ!, 8 taʼ Diċembru 2003)

Sir af kif l-​anzjani li qegħdin fil-​Kumitati taʼ Koordinazzjoni mal-​Isptarijiet (HLC) qed jgħinu lil ħuthom.

Ġeħova jappoġġja lill-​marid (10:23)

a Ara Lezzjoni 35, “Kif Tieħu Deċiżjonijiet Tajbin.”

b Ara  punt 5, “Il-Frazzjonijiet tad-Demm,” u n-​Nota fl-​Aħħar 3, “Proċeduri Mediċi li Jużaw id-​Demm”.

c Għal xi tobba, l-erbaʼ partijiet prinċipali tad-demm huma frazzjonijiet. Għalhekk, kun ċert li t-tabib jifhem eżatt li int ma tridx tieħu demm, ċelluli ħomor, ċelluli bojod, platelets, u plażma.