Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 41

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar is-Sess?

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar is-Sess?

Ħafna jħossuhom skomdi jitkellmu dwar is-​sess. Imma meta l-​Bibbja titkellem dwar is-​sess, dan tagħmlu b’mod ċar u b’rispett. Dak li tgħid hu għall-​ġid tagħna. Dan jagħmel sens għax il-​Bibbja ġejja minn Ġeħova u hu ħalaqna. Allura żgur jaf x’inhu l-​aħjar għalina. Hu jgħidilna x’għandna nagħmlu biex nogħġbuh u x’jistaʼ jgħinna biex ikollna ħajja ferħana għal dejjem.

1. Ġeħova x’jaħseb fuq is-​sess?

Is-​sess hu xi ħaġa sabiħa li Ġeħova għamel għan-​nies. Hu jixtieq li mara u raġel miżżewġin lil xulxin jieħdu pjaċir bis-​sess. B’hekk, il-​koppja jistaʼ jkollhom it-​tfal u anki juru kemm iħobbu lil xulxin. Allura l-​Kelma t’Alla tgħid: “Ifraħ b’mart żgħożitek.” (Proverbji 5:​18, 19) Ġeħova jistenna li koppja Kristjana tkun leali lejn xulxin billi ma jagħmlux adulterju, jiġifieri ma jeqilbuhiex lil xulxin.​—Aqra Ebrej 13:4.

2. X’inhi l-​immoralità sesswali?

Il-​Bibbja tgħidilna li ‘ż-​żienja ma jirtux is-​saltna t’Alla.’ Iż-​żienja huma dawk li jagħmlu l-​immoralità sesswali. (1 Korintin 6:​9, 10) Dawk li kitbu fil-​Bibbja bil-​Grieg użaw il-​kelma pornea biex jispjegaw l-​immoralità sesswali. Din il-​kelma tinkludi li xi ħadd jagħmel (1) is-​sess maʼ xi ħadd li mhux miżżewweġ miegħu, a (2) is-​sess maʼ xi ħadd tal-​istess sess, u (3) is-​sess mal-​annimali. Meta ‘nitbiegħdu mill-​immoralità sesswali,’ Ġeħova jieħu pjaċir bina u jkun għall-​ġid tagħna.​—1 Tessalonikin 4:3.

TGĦALLEM IŻJED

Ara x’tistaʼ tagħmel biex ma taqax għall-​immoralità sesswali u kif dan hu għall-​ġid tiegħek.

3. Ipproteġi lilek innifsek mill-​immoralità sesswali

Raġel leali jismu Ġużeppi m’aċċettax li jagħmel is-​sess maʼ mara li ma kinitx tiegħu. Aqra Ġenesi 39:​1-​12, u mbagħad iddiskuti:

  • X’ġiegħel lil Ġużeppi jaħrab? ​—Ara vers 9.

  • Taħseb li Ġużeppi ddeċieda tajjeb? Għala taħseb hekk?

Iż-​żgħażagħ kif jistgħu jimitaw lil Ġużeppi u jipproteġu lilhom infushom mill-​immoralità sesswali? Ara l-​VIDJOW.

Ġeħova jrid li nipproteġu lilna nfusna mill-​immoralità sesswali. Aqra l-1 Korintin 6:​18, u mbagħad iddiskuti:

  • X’jistaʼ jħajrek tagħmel l-​immoralità?

  • Kif tistaʼ tipproteġi lilek innifsek mill-​immoralità?

4. Int tistaʼ tirreżisti t-​tentazzjoni

X’jistaʼ jagħmilhielek diffiċli tirreżisti t-​tentazzjoni tal-​immoralità sesswali? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

  • Il-​ħu fil-​vidjow x’għamel meta nduna li xi affarijiet li kien qed jaħseb u jagħmel setgħu jwassluh biex jaqlibha lill-​mara tiegħu?

Anki Kristjani leali kultant isibuha diffiċli biex iżommu l-​ħsibijiet tagħhom nodfa. Kif tistaʼ tieqaf taħseb fuq affarijiet sesswali? Aqra Filippin 4:​8, u mbagħad iddiskuti:

  • Fuq liema affarijiet għandna naħsbu?

  • Meta naqraw il-​Bibbja u jkollna x’nagħmlu fix-​xogħol taʼ Ġeħova, kif jgħinna nirreżistu t-​tentazzjoni?

5. L-​istandards taʼ Ġeħova huma għall-​ġid tagħna

Ġeħova jaf x’inhu l-​aħjar għalina. Hu jgħidilna kif inżommu l-​ħsibijiet tagħna nodfa u kif dan hu għall-​ġid tagħna. Aqra Proverbji 7:​7-​27 jew ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

  • Żagħżugħ kif waqaʼ fit-​tentazzjoni? ​—Ara Proverbji 7:​8, 9.

  • Proverbji 7:​23, 26 jurina li l-​immoralità sesswali tistaʼ ġġib konsegwenzi koroh. Jekk nibqgħu naħsbu fuq affarijiet nodfa, liema problemi se nevitaw?

  • Meta naħsbu fuq affarijiet nodfa, kif se jgħinna biex ikollna l-​ħajja taʼ dejjem?

Xi nies jaħsbu li l-​Bibbja hi kontra nies omosesswali u li Alla ma jħobbhomx. Imma Ġeħova, l-​Alla li jħobb, jixtieq li kulħadd jgħix ħajja ferħana għal dejjem. Biex ingawdu din il-​ħajja li qed iwegħedna, hemm bżonn li ngħixu skont kif jixtieq hu. Aqra l-1 Korintin 6:​9-​11, u mbagħad iddiskuti:

  • Skont Alla, ix-​xewqat tal-​omosesswali biss huma ħżiena?

Biex Alla jieħu pjaċir bina, kulħadd irid jagħmel xi bidliet. Jaqblilna nagħmluhom dawn il-​bidliet? Aqra Salm 19:​8, 11, u mbagħad iddiskuti:

  • L-​istandards taʼ Ġeħova huma raġunevoli? Għala taħseb hekk?

Ġeħova għen lil ħafna biex jobdu l-​liġijiet tiegħu. Anki lilek jistaʼ jgħin

ĦAFNA JGĦIDU: “M’hemm xejn ħażin jekk tnejn li jħobbu lil xulxin jagħmlu s-​sess.”

  • Int x’taħseb?

XI DDISKUTEJNA?

Is-​sess hi xi ħaġa sabiħa li Ġeħova ta lil raġel u mara miżżewġin.

X’Tgħallimt

  • X’tinkludi l-​immoralità sesswali?

  • X’se jgħinna nipproteġu lilna nfusna mill-​immoralità sesswali?

  • Għala hu għall-​ġid tagħna li nobdu l-​istandards taʼ Ġeħova?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Tgħallem għala Alla jixtieq li raġel u mara li jridu jgħixu flimkien jiżżewġu.

“Il-​Bibbja X’Tgħid dwar li Raġel u Mara Jgħixu Flimkien Mingħajr Ma Jkunu Miżżewġin?” (Artiklu fuq jw.org)

Tgħallem għala l-​Bibbja ma tgħidilniex biex nobogħdu lil nies omosesswali.

“Hija l-​omosesswalità ħażina?” (Artiklu fuq jw.org)

Sir af kif il-​liġijiet t’Alla dwar is-​sess jipproteġuna.

“Huwa s-​sess orali verament sess?” (Artiklu fuq jw.org)

Fl-​esperjenza bl-​isem “Ittrattawni b’Dinjità,” ara x’inkuraġġixxa lil wieħed omosesswali biex ibiddel ħajtu ħalli jogħġob lil Alla.

“Il-​Bibbja Tbiddel il-​Ħajjiet” (It-​Torri tal-​Għassa, Lulju-​ Settembru 2011)

a Dan jinkludi wkoll affarijiet bħal sess orali, sess anali, jew meta xi ħadd imiss il-​partijiet privati taʼ xi ħadd ieħor b’mod sesswali.