Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 46

Għala Għandek Tiddedika Lilek Innifsek u Titgħammed?

Għala Għandek Tiddedika Lilek Innifsek u Titgħammed?

Meta tiddedika lilek innifsek, inti twiegħed lil Ġeħova f’talba li se taqdi lilu biss u li l-​iżjed ħaġa importanti f’ħajtek hi dak li jixtieq hu. (Salm 40:8) Wara dan, inti titgħammed. B’hekk tkun qed turi lil oħrajn li ddedikajt lilek innifsek lil Ġeħova. Din hi l-​iżjed deċiżjoni importanti li nagħmlu. X’jistaʼ jgħinek biex tieħu din id-​deċiżjoni importanti?

1. Persuna għala tiddedika lilha nfisha?

Aħna niddedikaw lilna nfusna lil Ġeħova għax inħobbuh. (1 Ġwanni 4:​10, 19) Il-​Bibbja tgħidilna: “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu u b’saħħtek kollha.” (Marku 12:30) Aħna nuru li nħobbu lil Alla b’dak li ngħidu u anki b’dak li nagħmlu. Koppja li jħobbu lil xulxin jiżżewġu. Bl-​istess mod, aħna niddedikaw lilna nfusna lil Ġeħova u nitgħammdu għax inħobbuh.

2. Ġeħova kif ibierek lix-​Xhieda mgħammdin?

Meta titgħammed, issir parti mill-​familja taʼ Ġeħova. Se tkun tistaʼ tara iżjed kemm iħobbok u se ssir iżjed ħabib tiegħu. (Aqra Malakija 3:​16-​18.) Ġeħova se jsir bħal missier għalik u se tkun parti minn familja t’aħwa madwar id-​dinja li jħobbu lil Ġeħova u lilek. (Aqra Marku 10:​29, 30.) Imma għandek bżonn tagħmel xi affarijiet qabel titgħammed. Trid titgħallem dwar Ġeħova, issir tħobbu, u jkollok il-​fidi f’Ġesù. Imbagħad, tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova. Jekk tagħmel dawn l-​affarijiet u titgħammed, se tkun tistaʼ tgħix għal dejjem. Il-​Kelma t’Alla tgħid: ‘Il-​magħmudija issa qed issalva lilkom ukoll.’​—1 Pietru 3:​21.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af għala hu importanti li tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova u titgħammed.

3. Kulħadd irid jiddeċiedi lil min se jaqdi

Ħafna Iżraelin fi żmien il-​Bibbja ħasbu li setgħu jaqdu lil Ġeħova u lill-​alla falz Bagħal. Ġeħova bagħat lill-​profeta Elija biex jurihom li qed jagħmlu ħażin. Aqra l-1 Slaten 18:​21, u mbagħad iddiskuti:

  • L-​Iżraelin x’kellhom jiddeċiedu?

Aħna, bħall-​Iżraelin, irridu nagħżlu lil min se naqdu. Aqra Luqa 16:​13, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala ma nistgħux naqdu lil Ġeħova u fl-​istess ħin lil xi ħadd ieħor jew lil xi ħaġa oħra?

  • Kif nuru lil Ġeħova li rridu naqdu lilu biss?

4. Immedita fuq kemm Ġeħova jħobbok

Ġeħova tana ħafna affarijiet sbieħ. Aħna x’nistgħu ntuh? Ara l-​VIDJOW.

Ġeħova kif juri li jħobbok? Aqra Salm 104:​14, 15 u l-1 Ġwanni 4:​9, 10, u mbagħad iddiskuti:

  • Mill-​affarijiet li tak Ġeħova liema l-​iktar li tapprezza?

  • Meta taħseb dwar l-​affarijiet li tak Ġeħova, kif tħossok dwaru?

Meta xi ħadd itina rigal li jogħġobna ħafna, inkunu rridu nuruh kemm napprezzawh. Aqra Dewteronomju 16:​17, u mbagħad iddiskuti:

  • Meta taħseb dwar l-​affarijiet kollha li Ġeħova għamel għalik, xi tħoss li għandek ittih?

5. Ġeħova se jbierkek ħafna meta tiddedika lilek innifsek

Ħafna nies jaħsbu li huma se jkunu ferħanin jekk ikunu famużi, ikollhom xogħol tajjeb jew il-​flus. Imma dan vera? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti.

  • Għalkemm il-​futboler fil-​vidjow kien jieħu pjaċir jilgħab, għala ddeċieda li jieqaf?

  • Hu ddeċieda li jagħti l-​aħjar lil Ġeħova, mhux il-​futbol. Taħseb li d-​deċiżjoni tiegħu kienet tajba? Għala taħseb hekk?

Qabel ma l-​appostlu Pawlu sar Kristjan, hu kien qed jistudja biex ikollu xogħol tajjeb ħafna. Hu kien qed jistudja l-​liġi tal-​Lhud ma’ wieħed mill-​aħjar teachers li kien hemm. Imma hu telaq kollox biex isir Kristjan. Pawlu qatt iddispjaċieh? Aqra Filippin 3:​8, u mbagħad iddiskuti:

  • Pawlu għala qal li dak li kien jagħmel qabel ma sar Kristjan kien “qabda skart”?

  • Xi rċieva minflok?

  • Ħajtek kif se tkun aħjar, meta taqdi lil Ġeħova jew meta tagħmel affarijiet oħra?

Meta Pawlu sar Kristjan, hu rċieva ħafna iktar mill-​affarijiet li ddeċieda li jħalli warajh

ĦAFNA JGĦIDU: “Naf li din hi l-​verità, imma għadni mhux lest biex nitgħammed.”

  • Għala taħseb li jagħmel sens li tiddedika ħajtek lil Ġeħova?

XI DDISKUTEJNA?

Aħna niddedikaw lilna nfusna lil Ġeħova u nitgħammdu għax inħobbuh.

X’Tgħallimt

  • Ġeħova għala jixraqlu li nħobbuh u naqduh b’qalbna kollha?

  • Ġeħova kif ibierek lix-​Xhieda mgħammdin?

  • Int tixtieq tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif kantanta u raġel li kien jilgħab l-​American football għażlu li jiddedikaw lilhom infushom lil Ġeħova.

Iż-​żgħażagħ jistaqsu​—X’se nagħmel b’ħajti?​—Meta nħares lura (6:​54)

Meta tara l-​vidjow bil-​mużika, innota kemm huma ferħanin dawk li ddedikaw lilhom infushom lil Ġeħova.

I Give My Life to You (4:​30)

Fl-​istorja “Għal Ħafna Snin Saqsejt, ‘Għala Qegħdin Hawn?’” innota x’għen lil mara taħseb x’inhu l-​iżjed importanti.

“Il-​Bibbja Tbiddel il-​Ħajjiet” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)