Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 49

Kif Tistaʼ Tkun Ferħan fiż-Żwieġ?

Kif Tistaʼ Tkun Ferħan fiż-Żwieġ?

Dawk li jiżżewġu jittamaw li l-​ferħ li kellhom dakinhar li żżewġu jibqaʼ għal dejjem. Dan hu possibbli. Kristjani li ilhom miżżewġin u li ħadmu iebes biex japplikaw il-​pariri tal-​Bibbja, ċerti li jistgħu jibqgħu ferħanin flimkien.

1. Il-​Bibbja x’pariri tagħti lill-​irġiel miżżewġin?

Ġeħova lir-​raġel tah ir-​responsabbiltà biex imexxi lill-​familja. (Aqra Efesin 5:​23.) Ġeħova jridu jieħu deċiżjonijiet li se jgħinu lill-​familja. Il-​Bibbja tgħid lill-​irġiel miżżewġin: “Komplu ħobbu lin-​nisa tagħkom.” (Efesin 5:​25) X’jiġifieri? Raġel li jħobb lill-​mara tiegħu se jittrattaha b’qalb tajba, kemm fid-​dar u anki meta jkunu man-​nies. Hu jipproteġiha, iżommha ferħana, u jagħtiha dak li għandha bżonn. (1 Timotju 5:8) Imma l-​iżjed importanti, hu jgħinha biex ikollha ħbiberija tajba ma’ Ġeħova. (Mattew 4:4) Pereżempju, hu jistaʼ jitlob u jaqra l-​Bibbja magħha. Meta raġel iħobb u jieħu ħsieb lill-​mara tiegħu, fl-​istess ħin ikun qed jieħu ħsieb il-​ħbiberija tiegħu ma’ Ġeħova.​—Aqra l-​1 Pietru 3:7.

2. Il-​Bibbja x’pariri tagħti lin-​nisa miżżewġin?

Il-​Bibbja tgħid li l-​mara ‘għandu jkollha rispett kbir lejn żewġha.’ (Efesin 5:​33) Kif tistaʼ tagħmel hekk? Billi taħseb dwar il-​kwalitajiet sbieħ li għandu r-​raġel tagħha. U taħseb ukoll fuq dak kollu li jagħmel biex jieħu ħsieb lilha u lit-​tfal tagħhom. Hi turih rispett billi tissapportjah f’dak li jiddeċiedi. U hi titkellem bi mħabba miegħu u m’oħrajn dwaru, anki jekk ma jaqdix lil Ġeħova.

3. Koppja kif jistaʼ jkollha żwieġ b’saħħtu?

Il-​Bibbja tgħid hekk dwar koppji miżżewġin: “It-​tnejn ikunu ġisem wieħed.” (Mattew 19:5) Dan ifisser li jridu jiġġieldu kontra kull ħaġa li tistaʼ tifridhom. Jagħmlu hekk billi jqattgħu ħafna ħin flimkien. Ukoll, ikunu onesti ma’ xulxin billi bi mħabba jgħidu x’jaħsbu u kif iħossuhom. Apparti Ġeħova, ma jħallu lil ħadd u xejn ikun iżjed importanti mill-​mara jew ir-​raġel tagħhom. Huma joqogħdu attenti ħafna li ma jkunux close żżejjed ma’ xi ħadd li mhux ir-​raġel jew il-​mara tagħhom.

TGĦALLEM IŻJED

Ara liema prinċipji mill-​Bibbja jistgħu jgħinuk issaħħaħ iż-​żwieġ tiegħek.

4. Irġiel​—ħobbu u ħudu ħsieb in-​nisa tagħkom

Il-​Bibbja tgħid li l-​irġiel “għandhom iħobbu lin-​nisa tagħhom, bħal ġisimhom stess.” (Efesin 5:​28, 29) Dan x’jiġifieri? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Raġel kif jistaʼ juri li jħobb u jieħu ħsieb lill-​mara tiegħu?

Aqra Kolossin 3:​12, u mbagħad iddiskuti:

  • Raġel kif jistaʼ juri dawn il-​kwalitajiet mal-​mara tiegħu?

5. Nisa​—ħobbu u rrispettaw l-​irġiel tagħkom

Il-​Bibbja tinkuraġġixxi n-​nisa biex jirrispettaw l-​irġiel tagħhom, anki jekk ma jaqdux lil Ġeħova. Aqra l-1 Pietru 3:​1, 2, u mbagħad iddiskuti:

  • Jekk ir-​raġel tiegħek ma jaqdix lil Ġeħova, żgur li tixtiequ jibda jaqdih. Kif l-​aħjar li tgħinu? Taħseb li għandek tippritkalu l-​ħin kollu? Jew ikun aħjar li turih qalb tajba u tirrispettah? Għala taħseb hekk?

Huwa tajjeb li r-​raġel u l-​mara jiddeċiedu flimkien. Imma kultant il-​mara jaf ma taqbilx mar-​raġel. Hi tistaʼ tgħidlu x’taħseb b’mod kalm u b’rispett. Imma hi għandha tiftakar li r-​raġel għandu r-​responsabbiltà biex jara x’inhu l-​aħjar għall-​familja. Din tahielu Ġeħova. Hi trid tagħmel l-​aħjar li tistaʼ biex tgħinu f’dak li jiddeċiedi. Meta tagħmel hekk, hi tkun qed tgħin biex il-​familja kollha tkun ferħana. Aqra l-1 Pietru 3:​3-​5, u mbagħad iddiskuti:

  • Ġeħova kif iħossu meta mara tirrispetta lir-​raġel tagħha?

6. Tistaʼ ssolvi l-​problemi fiż-​żwieġ

L-​ebda żwieġ mhu perfett. Allura l-​koppji jridu jaħdmu flimkien biex isolvu l-​problemi. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

  • Fil-​vidjow, il-​mara u r-​raġel kif dehru li ma baqgħux close?

  • X’għamlu biex isaħħu ż-​żwieġ tagħhom?

Aqra l-1 Korintin 10:24 u Kolossin 3:​13. Wara li taqra kull skrittura, iddiskuti:

  • Jekk tobdi dan il-​parir, kif se ssaħħaħ iż-​żwieġ tiegħek?

Il-​Bibbja tgħid li rridu nonoraw lil xulxin. Dan ifisser li tittratta lill-​persuna l-​oħra b’qalb tajba u b’rispett. Aqra Rumani 12:​10, u mbagħad iddiskuti:

  • Dak li jkun, għandu jistenna li l-​mara jew ir-​raġel jonorah l-​ewwel? Għala taħseb hekk?

ĦAFNA JGĦIDU: “Aħna m’għadniex close kif konna qabel.”

  • Kif tistaʼ turihom li l-​Bibbja tistaʼ tgħinhom?

XI DDISKUTEJNA?

Mara u raġel miżżewġin jistgħu jkunu ferħanin meta jħobbu lil xulxin, jirrispettaw lil xulxin, u jobdu l-​pariri tal-​Bibbja.

X’Tgħallimt

  • Raġel x’jistaʼ jagħmel biex iż-​żwieġ ikun ferħan?

  • Mara x’tistaʼ tagħmel biex iż-​żwieġ ikun ferħan?

  • Jekk int miżżewweġ, liema pariri tal-​Bibbja jistgħu jgħinuk issaħħaħ iż-​żwieġ tiegħek?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Tgħallem suġġerimenti li jgħinuk ikollok familja ferħana.

Il-​familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana (browxer)

Il-​vidjow taʼ din il-​kanzunetta oriġinali se jurik kif ikollok żwieġ aħjar meta tobdi l-​pariri tal-​Bibbja.

Truly in Love (4:​26)

Ara xi jfisser li tirrispetta lir-​raġel meta jieħu deċiżjonijiet għall-​familja.

“Nisa, Għala Għandkom Tkunu Sottomessi?” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 taʼ Mejju 2010)

X’għen lil koppja tegħleb problemi kbar, anki d-divorzju?

Bl-Għajnuna tʼAlla Rġajna Saħħaħna ż-Żwieġ Tagħna (5:14)