Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 53

Ħu Pjaċir b’Affarijiet li Jogħġbu lil Ġeħova

Ħu Pjaċir b’Affarijiet li Jogħġbu lil Ġeħova

Ġeħova hu ‘Alla ferħan.’ (1 Timotju 1:​11) Hu jridna nkunu ferħanin u nieħdu pjaċir ngħixu. Hu jieħu pjaċir meta nużaw ftit ħin biex nistrieħu mix-​xogħol u nieħdu pjaċir. F’din il-​lezzjoni, se naraw kif nieħdu pjaċir u fl-​istess ħin nogħġbu lil Ġeħova.

1. Fuqiex għandna naħsbu qabel nagħżlu x’se nagħmlu?

X’tieħu pjaċir tagħmel? Xi nies jieħdu pjaċir joqogħdu d-​dar. Huma jieħdu pjaċir jaqraw ktieb, jisimgħu l-​mużika, jaraw film, jew ifittxu fuq l-​internet. Oħrajn jieħdu pjaċir jagħmlu xi affarijiet mal-​ħbieb, bħal jimxu, jgħumu, jew jilagħbu xi logħba. Nagħżlu x’nagħżlu, irridu nkunu ċerti li jkun “aċċettabbli għall-​Mulej.” (Efesin 5:​10) Dan hu importanti li nifhmuh! Ħafna affarijiet li n-​nies jieħdu pjaċir jagħmlu jkun fihom affarijiet li Ġeħova jobgħod. Ikun fihom affarijiet bħal vjolenza, immoralità sesswali, u spiritiżmu. (Aqra Salm 11:5.) X’se jgħinna nagħżlu divertiment tajjeb?

Jekk nagħżlu ħbieb li jħobbu lil Ġeħova, huma jistgħu jgħinuna nagħmlu affarijiet tajbin. Kif tgħallimna f’lezzjoni 48, “min qed jimxi maʼ l-​għorrief se jsir għaref.” Imma jekk dejjem inkunu ma’ nies li ma jobdux dak li jgħidilna Ġeħova, ‘se jaħbtilna ħażin.’​—Proverbji 13:20.

2. Għala hu importanti kif nużaw il-​ħin tagħna?

Anki jekk nagħżlu affarijiet li jogħġbu lil Ġeħova, irridu noqogħdu attenti kemm jiħdulna ħin. Inkella, jaf ma jkollniex biżżejjed ħin għal affarijiet iktar importanti. Il-​Bibbja tinkuraġġina biex ‘nużaw il-​ħin tagħna bl-​aħjar mod.’​—Aqra Efesin 5:​15, 16.

TGĦALLEM IŻJED

Tgħallem kif tieħu pjaċir b’affarijiet li jogħġbu lil Ġeħova.

3. Evita affarijiet li ma jogħġbux lil Ġeħova

Għala rridu noqogħdu attenti x’nagħmlu? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

  • Il-​logħob li kienu jilagħbu f’Ruma ħafna snin ilu, kif inhu simili tal-​logħob u l-​films illum?

  • Fil-​vidjow, Danny x’tgħallem dwar il-​logħob?

Aqra Rumani 12:​9, u mbagħad iddiskuti:

  • Dan il-​vers kif jgħinek tagħżel?

X’inhuma xi affarijiet li Ġeħova jobgħod? Aqra Proverbji 6:​16, 17 u Galatin 5:​19-​21. Wara li taqra kull skrittura, iddiskuti:

  • Illum x’fih ħafna mid-​divertiment, bħal films, logħob, u kotba?

 X’se jgħinek tagħżel tajjeb?

Aħseb:

  • Fih affarijiet li Ġeħova jobgħod?

  • Jiħodli l-​ħin minn affarijiet iżjed importanti?

  • Se nqattaʼ ħafna ħin ma’ nies li ma jħobbux lil Ġeħova?

Kemm jistaʼ jkun, huwa aħjar li toqgħod ’il bogħod mill-​periklu. Għalhekk, irridu noqogħdu ’l bogħod minn divertiment li naħsbu li mhux tajjeb għalina

4. Uża l-​ħin tiegħek sew

Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Għalkemm il-​ħu fil-​vidjow ma kienx qed jara xi ħaġa ħażina, x’kienet il-​problema?

Aqra Filippin 1:​10, u mbagħad iddiskuti:

  • Dan il-​vers kif jgħinna niddeċiedu kif inqattgħu l-​ħin tagħna?

5. Agħżel divertiment tajjeb

Vera li hemm divertiment li ma jogħġobx lil Ġeħova, imma hemm ħafna affarijiet li nistgħu nieħdu pjaċir bihom u jogħġbuh. Aqra Ekkleżjasti 8:​15 u Filippin 4:​8, u mbagħad iddiskuti:

  • X’tieħu pjaċir tagħmel li jogħġob lil Ġeħova?

Int tistaʼ tieħu pjaċir tagħmel affarijiet li jogħġbu lil Ġeħova

ĦAFNA JGĦIDU: “M’hemm xejn ħażin b’affarijiet li fihom il-​vjolenza, l-​immoralità, jew l-​ispiritiżmu. L-​aqwa li ma nagħmilhomx jien.”

  • Int kif twieġeb?

XI DDISKUTEJNA?

Ġeħova jridna nagħżlu u nieħdu pjaċir b’affarijiet li jogħġbu lilu.

X’Tgħallimt

  • Il-​Kristjani x’divertiment iridu jevitaw?

  • Għala hu tajjeb li noqogħdu attenti kemm inqattgħu ħin fl-​affarijiet li nieħdu pjaċir nagħmlu?

  • Tixtieq tagħmel affarijiet li jogħġbu lil Ġeħova? Għala?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Tgħallem kif tistaʼ tagħżel sew affarijiet li tieħu pjaċir tagħmel.

“Tiswielek taʼ Ġid ir-​Rikreazzjoni Tiegħek?” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 t’Ottubru 2011)

Fl-​istorja “Saħansitra Għelibt il-​Preġudizzju Tiegħi,” sir af għala raġel biddel dak li jara u jismaʼ.

“Il-​Bibbja Tbiddel il-​Ħajjiet” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 taʼ Lulju 2010)

Ara kif omm tieħu deċiżjoni tajba dwar film li fih l-​ispiritiżmu.

Evita li Tara Affarijiet li Fihom l-​Ispiritiżmu (2:​02)