LEZZJONI 54
Min Hu “l-Ilsir Leali u Għaqli” u X’Jagħmel?
Ġesù hu l-Kap tal-kongregazzjoni Kristjana. (Efesin 5:23) Illum, bħala Sultan mis-sema, Ġesù juża “l-ilsir leali u għaqli” biex imexxi n-nies fuq l-art. (Aqra Mattew 24:45.) Ġesù Kristu għażel lil dan l-ilsir u tah l-awtorità li jieħu xi deċiżjonijiet. Imma l-ilsir xorta għandu jobdi lill-Kristu u jaqdi lil ħut Kristu, jiġifieri lill-midlukin l-oħra. Min hu dan l-ilsir? U kif jieħu ħsiebna?
1. Min hu “l-ilsir leali u għaqli”?
Ġeħova dejjem kien imexxi n-nies tiegħu billi uża raġel jew grupp żgħir taʼ rġiel. (Malakija 2:7; Ebrej 1:1) Wara li miet Ġesù, bdew imexxu l-appostli u l-anzjani li kienu f’Ġerusalemm. (Atti 15:2) Bl-istess mod, illum grupp żgħir t’anzjani jagħtu l-ikel spiritwali u jmexxu x-xogħol tal-ippritkar. Dan il-grupp jismu l-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Dan l-istess grupp hu “l-ilsir leali u għaqli” li Ġesù għażel biex jagħmel dan ix-xogħol. (Mattew 24:45a) Il-membri tal-Ġemgħa li Tiggverna kollha huma Kristjani midlukin bl-ispirtu qaddis. Dawn iħarsu ’l quddiem li jingħaqdu ma’ Kristu fis-Saltna tiegħu fis-sema meta ma jibqgħux jgħixu hawn fuq l-art.
2. X’inhu l-ikel spiritwali li l-ilsir leali u għaqli jagħti?
Ġesù qal li l-Kristjani se jagħtihom “l-ikel fiż-żmien xieraq” permezz tal-ilsir leali u għaqli. (Mattew 24:45b) L-ikel li nieklu jgħinna nibqgħu b’saħħitna. L-ikel spiritwali, jiġifieri t-tagħlim mill-Kelma t’Alla, jagħmel l-istess. Dan se jsaħħaħna biex nibqgħu leali lejn Ġeħova u biex nagħmlu x-xogħol li tana Ġesù. (1 Timotju 4:6) Dan l-ikel spiritwali nirċivuh permezz tal-laqgħat, l-assembleat, u l-konvenzjonijiet. Dan nirċivuh ukoll permezz tal-pubblikazzjonijiet u l-vidjows li jgħinuna nifhmu xi jrid Alla u nsaħħu l-ħbiberija tagħna miegħu.
TGĦALLEM IŻJED
Sir af għala għandna bżonn “l-ilsir leali u għaqli,” jiġifieri l-Ġemgħa li Tiggverna.
3. In-nies taʼ Ġeħova għandhom ikunu organizzati
Ġesù juża l-Ġemgħa li Tiggverna biex jorganizza x-xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Ġesù kien imexxi lill-ewwel Kristjani b’mod simili. Ara l-VIDJOW.
Aqra l-1 Korintin 14:33, 40, u mbagħad iddiskuti:
-
Dawn il-versi kif juru li Ġeħova jrid li x-Xhieda tiegħu jkunu organizzati?
4. L-ilsir leali jorganizza kif nippritkaw
L-iżjed xogħol importanti li kienu jagħmlu l-ewwel Kristjani kien l-ippritkar. Aqra Atti 8:14, 25, u mbagħad iddiskuti:
-
Fi żmien l-ewwel Kristjani, min kien jorganizza x-xogħol tal-ippritkar?
-
Pietru u Ġwanni x’għamlu meta l-appostli bagħtuhom jippritkaw?
L-ippritkar hu l-iżjed xogħol importanti li jieħdu ħsieb il-Ġemgħa li Tiggverna. Ara l-VIDJOW.
Marku 13:10, u mbagħad iddiskuti:
Ġesù qal b’mod ċar kemm hu importanti l-ippritkar. Aqra-
L-ippritkar għala hu importanti ħafna għall-Ġemgħa li Tiggverna?
-
Għala għandna bżonn “l-ilsir leali u għaqli” biex jorganizza l-ippritkar mad-dinja kollha?
5. L-ilsir leali jagħtina istruzzjonijiet
Il-Ġemgħa li Tiggverna tagħti istruzzjonijiet lill-Kristjani mad-dinja kollha. Huma kif jiddeċiedu? Aħseb x’kienu jagħmlu l-ġemgħa li tiggverna fi żmien l-ewwel Kristjani. Aqra Atti 15:1, 2, u mbagħad iddiskuti:
-
Xi Kristjani fuq xiex ma qablux?
-
Pawlu, Barnaba, u xi oħrajn lil min saqsew għall-għajnuna?
Aqra Atti 15:12-18, 23-29, u mbagħad iddiskuti:
Aqra Atti 15:30, 31 u 16:4, 5, u mbagħad iddiskuti:
-
X’għamlu l-Kristjani meta l-ġemgħa li tiggverna tawhom xi istruzzjonijiet?
-
Ġeħova kif berikhom talli obdew?
Aqra t-2 Timotju 3:16 u Ġakbu 1:5, u mbagħad iddiskuti:
-
Illum, il-Ġemgħa li Tiggverna x’jagħmlu biex jiddeċiedu?
ĦAFNA JGĦIDU: “Il-Ġemgħa li Tiggverna kulma huma nies bħalna. Kif tistaʼ tobdihom?”
-
Int temmen li Ġesù jmexxi l-Ġemgħa li Tiggverna? Għala taħseb hekk?
XI DDISKUTEJNA?
Il-Ġemgħa li Tiggverna hi “l-ilsir leali u għaqli” li għażel Ġesù. Hi tmexxi l-Kristjani kollha u ttihom l-ikel spiritwali.
X’Tgħallimt
-
Min għażel “l-ilsir leali u għaqli”?
-
Il-Ġemgħa li Tiggverna kif tieħu ħsiebna?
-
Int temmen li l-Ġemgħa li Tiggverna hi “l-ilsir leali u għaqli”?
ARA IŻJED
Ara kif il-Ġemgħa li Tiggverna huma organizzati.
“X’inhi l-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova?” (Artiklu fuq jw.org)
Sir af kif il-Ġemgħa li Tiggverna jagħmlu ċert li nirċievu ikel spiritwali taʼ min joqgħod fuqu.
Il-membri tal-Ġemgħa li Tiggverna kif iħossuhom dwar ix-xogħol li tahom Ġesù?
Il-laqgħat u l-konvenzjonijiet kif juru li Ġeħova qed imexxi l-Ġemgħa li Tiggverna?