X’Tgħallimt mir-4 Parti
Iddiskuti dawn il-mistoqsijiet maʼ min qed tistudja:
Aqra Proverbji 13:20.
Għala hu importanti li toqgħod attent maʼ min tagħmilha?
(Ara Lezzjoni 48.)
Liema pariri mill-Bibbja jistgħu jgħinuk jekk int . . .
raġel jew mara miżżewġa?
ġenitur jew tifel jew tifla?
(Ara Lezzjonijiet 49 u 50.)
Kif nistgħu nogħġbu lil Ġeħova meta nitkellmu? Kif nistgħu ma nogħġbux lil Ġeħova bil-mod kif nitkellmu?
(Ara Lezzjoni 51.)
Liema prinċipji mill-Bibbja jgħinuk tiddeċiedi kif tidher u x’tilbes?
(Ara Lezzjoni 52.)
Kif tistaʼ tieħu pjaċir b’affarijiet li jogħġbu lil Ġeħova?
(Ara Lezzjoni 53.)
Aqra Mattew 24:45-47.
Min hu “l-ilsir leali u għaqli”?
(Ara Lezzjoni 54.)
Kif tistaʼ tuża l-ħin, l-enerġija u l-affarijiet li għandek biex tgħin lill-kongregazzjoni?
(Ara Lezzjoni 55.)
Aqra Salm 133:1.
Kif tistaʼ tgħin biex il-kongregazzjoni tibqaʼ magħquda?
(Ara Lezzjoni 56.)
Xi rridu nagħmlu biex Ġeħova jgħinna meta nagħmlu dnub?
(Ara Lezzjoni 57.)
Aqra l-1 Kronaki 28:9.
Kif tistaʼ turi li taqdi lil Ġeħova “b’qalb sħiħa” meta oħrajn jiħduha kontra l-verità jew inkella jitilqu l-verità?
Taħseb li għandek bżonn tagħmel xi bidliet biex tibqaʼ leali lejn Ġeħova u ma jkollokx x’taqsam mar-reliġjon falza?
(Ara Lezzjoni 58.)
X’tistaʼ tagħmel biex tkun lest għall-persekuzzjoni?
(Ara Lezzjoni 59.)
X’se tagħmel biex tibqaʼ miexi ’l quddiem fil-verità?
(Ara Lezzjoni 60.)