Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej


Kif se tibbenefika l-iżjed minn dan il-ktieb?

Kif se tibbenefika l-iżjed minn dan il-ktieb?

L-​ewwel aqra kif inhi mqassma kull lezzjoni u kif issib il-​versi mill-​Bibbja. Imbagħad ara l-​VIDJOW.

L-​EWWEL PARTI

Meta tipprepara għal-​lezzjoni, aqra l-​ewwel parti. Il-​mistoqsija qabel kull paragrafu (A) u l-​iskritturi li huma bold (B) juru l-​punt tal-​paragrafu. Xi skritturi għandhom il-​kelma “aqra” biex taqrahom waqt l-​istudju.

IT-​TIENI PARTI

Dak li hemm miktub taħt (C) Tgħallem Iżjed se jispjega x’se titgħallem. Is-​subheadings (D) juru l-​punti importanti. Maʼ min qed tistudja, aqra l-​iskritturi, wieġeb il-​mistoqsijiet u ara l-​vidjows.

Il-​VIDJOWS u R-​REKORDINGS BL-​AWDJO qegħdin hemm biex jgħinuk tifhem iżjed dak li qed tiddiskutu. Ftit mill-​vidjows juru xi ġralhom xi nies. Oħrajn mhumiex stejjer vera, imma juru sitwazzjonijiet li jistgħu jiġru.

Ħares sew lejn l-​istampi u l-​kliem li hemm ħdejhom (E). Aħseb fuq kif tistaʼ twieġeb il-​kaxxa Ħafna Jgħidu (F).

IT-​TIELET PARTI

Il-​lezzjoni tispiċċa b’Xi Ddiskutejna? u X’Tgħallimt (G). Ikteb id-​data taʼ meta lestejtu l-​lezzjoni. Taħt Ipprova Dan (H) se ssib xi ħaġa biex tkompli titgħallem jew biex tagħmel dak li tgħallimt. Il-​kaxxa Ara Iżjed (I) fiha aktar informazzjoni biex tara jew taqra.

Kif issib il-​versi fil-​Bibbja

Il-​Bibbja hija magħmula minn 66 ktieb żgħir. Hi maqsuma fi tnejn. L-​ewwel parti kienet miktuba bl-​Ebrajk u l-​Aramajk (“It-​Testment l-​Antik”). It-​tieni parti kienet miktuba bil-​Grieg (“It-​Testment il-​Ġdid”).

Kull skrittura li hawn f’dan il-​ktieb turi l-​ktieb tal-​Bibbja (A), il-​kapitlu (B), u l-​vers jew versi (C).

Pereżempju, Ġwanni 17:3 tfisser il-​ktieb taʼ Ġwanni, kapitlu 17, vers 3.