APPENDIĊI Ċ
Kif Tagħmel Studju tal-Bibbja bil-Ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!
Kien hemm ħafna ħsieb u riċerka biex isir il-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Biex tuża dan il-ktieb bl-aħjar mod, uża l-metodu li ġej meta tagħmel studju tal-Bibbja.
Qabel l-istudju
-
1. Ipprepara sew. Waqt li tkun qed tipprepara aħseb dwar iċ-ċirkustanzi, dak li jemmen, u x’għandu bżonn l-istudent. Aħseb dwar il-punti li jistgħu jkunu diffiċli biex jifhimhom jew japplikahom. Ara kif il-materjal li hemm fil-parti “Ara Iżjed” jistaʼ jgħin lill-istudent u użah skont il-bżonn matul l-istudju.
Matul l-istudju
-
2. Jekk l-istudent jaqbel, għid talba fil-bidu u fl-aħħar.
-
3. Oqgħod attent li ma titkellimx ħafna. Iffoka fuq il-materjal tal-lezzjoni u ħalli lill-istudent jesprimi ruħu.
-
4. Meta tibda parti ġdida tal-ktieb, aqra s-sentenza li tgħidlek “X’se titgħallem” u semmi xi ftit mit-titli tal-lezzjonijiet.
-
5. Meta tispiċċa parti mill-ktieb, uża l-parti “X’Tgħallimt” biex tgħin lill-istudent tiegħek jiftakar il-veritajiet li tgħallem mill-Bibbja.
-
6. Waqt l-istudju:
-
a. Aqra l-paragrafi.
-
b. Aqra l-iskritturi kollha mmarkati “Aqra.”
-
ċ. Jekk ikun hemm bżonn aqra skritturi oħrajn li hemm fil-paragrafu.
-
d. Uri l-vidjows kollha li huma mmarkati “Ara” (jekk ikun possibli).
-
e. Staqsi lill-istudent il-mistoqsijiet kollha.
-
f. Uża l-istampi li jkun hemm fil-parti “Tgħallem Iżjed,” u għid lill-istudent biex jikkummenta fuqhom.
-
ġ. Uża l-kaxxa “Ipprova Dan” biex tgħin lill-istudent jara xi progress qed jagħmel. Inti tistaʼ tinkuraġġih jipprova s-suġġeriment li hemm miktub jew xi ħaġa oħra. Tistaʼ tinkuraġġih ukoll biex jagħmilhom it-tnejn.
-
g. Staqsi lill-istudent jekk kienx hemm xi artiklu jew vidjow fil-parti “Ara Iżjed” li għoġbu waqt li kien qed jipprepara l-lezzjoni.
-
għ. Ipprova lesti lezzjoni f’darba.
-
Wara l-istudju
-
7. Ibqaʼ aħseb dwar l-istudent. Itlob lil Ġeħova biex ibierek il-progress li qed jagħmel u biex jgħinek tara kif tistaʼ tkompli tgħinu.