Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ittra mill-Ġemgħa li Tiggverna

Ittra mill-Ġemgħa li Tiggverna

Għeżież Aħwa:

L-imħabba għal Alla u għan-nies timmotivana biex ‘immorru u ngħallmu n-nies mill-popli kollha biex isiru dixxipli u ngħammduhom.’ (Mt. 28:​19, 20; Mk. 12:​28-31) L-imħabba vera għandha qawwa kbira. Din tistaʼ tmiss il-qalb taʼ dawk li huma “lesti li jaċċettaw il-verità li twassal għal ħajja taʼ dejjem.”—Atti 13:48.

Fil-passat, konna niffokaw fuq li nitgħallmu bl-amment il-preżentazzjonijiet u li nħallu l-letteratura. Issa għandna bżonn naħdmu biex ikollna konversazzjonijiet man-nies. Irridu nuru li nħobbuhom billi nitkellmu magħhom dwar affarijiet li jogħġbuhom. Dan ifisser li nkunu lesti li nbiddlu s-suġġett u naraw dwar xiex tixtieq titkellem il-persuna. Dan il-browxer kif se jgħinna nagħmlu dan?

Il-browxer fih 12-il lezzjoni li se jgħallmuna kwalitajiet li għandna bżonn biex nuru l-imħabba u nagħmlu dixxipli. Kull lezzjoni hi bbażata fuq rakkont mill-Bibbja u tispjega kwalità li wera Ġesù jew il-Kristjani tal-bidu fil-ministeru. Il-mira mhijiex li niftakru bl-amment il-preżentazzjonijiet imma li nuru lin-nies li nħobbuhom. Għalkemm kull kwalità hi importanti għal fuq il-ministeru, se naraw kif ċerti kwalitajiet huma iktar importanti meta nibdew konversazzjoni, nagħmlu żjajjar lura, u nagħmlu studji tal-Bibbja.

Matul kull lezzjoni, aħseb sew kif tistaʼ turi l-kwalità meta tkun qed titkellem man-nies fejn toqgħod int. Ipprova kabbar l-imħabba tiegħek għal Ġeħova u għan-nies. Din l-imħabba, iktar minn kull ħaġa oħra, se tgħinek tilħaq il-mira li tagħmel dixxipli.

Aħna vera napprezzaw il-privileġġ li naħdmu spalla maʼ spalla magħkom. (Sof. 3:9) Jalla jkollkom il-barka taʼ Ġeħova waqt li tkomplu turu l-imħabba man-nies u tagħmlu dixxipli!

Ħutkom,

Il-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova