AGĦMEL DIXXIPLI
LEZZJONI 10
Kun Determinat
Prinċipju: “Iżżommx lura milli tgħin lil min għandu bżonn jekk tkun tistaʼ tagħmel dan.”—Prov. 3:27.
Dak li Għamel Ġesù
1. Ara l-VIDJOW jew aqra Ġwanni 3:1, 2. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
-
a. Għala taħseb li Nikodemu mar jiltaqaʼ maʼ Ġesù billejl?—Ara Ġwanni 12:42, 43.
-
b. Il-fatt li Ġesù ltaqaʼ maʼ Nikodemu billejl, kif juri li ried jgħinu jsir dixxiplu?
X’Nitgħallmu minn Ġesù?
2. Aħna nuru li nħobbu lin-nies billi nkunu determinati li ngħinuhom isiru dixxipli.
Imita lil Ġesù
3. Studja fil-ħin u l-post li jkun tajjeb għall-istudent. Forsi jkun irid jagħmel l-istudju f’ġurnata jew f’ħin partikolari. L-istudent fejn jippreferi jistudja, fuq il-post tax-xogħol, id-dar tiegħu, jew f’post pubbliku? Jekk hu possibbli, irranġa l-iskeda tiegħek skont il-bżonn tal-istudent.
4. Agħmel l-istudju b’mod regolari. Jekk ma tkunx tistaʼ tagħmel l-istudju fil-ġurnata tas-soltu, tħassarx l-istudju. Minflok:
5. Itlob biex ikollok attitudni tajba. Itlob lil Ġeħova ħalli jgħinek tkun determinat biex tgħin lill-istudent, anki jekk isibha diffiċli biex jagħmel l-istudju regolari jew biex japplika dak li qed jitgħallem. (Flp. 2:13) Żgur li l-istudent għandu ħafna kwalitajiet sbieħ, għalhekk itlob biex tiffoka fuqhom.