IBDA KONVERSAZZJONI
LEZZJONI 2
Tkellem b’Mod Naturali
Prinċipju: “Kelma f’waqtha tagħmel ħafna ġid!”—Prov. 15:23.
Dak li Għamel Filippu
1. Ara l-VIDJOW jew aqra Atti 8:30, 31. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
X’Nitgħallmu minn Filippu?
2. Jekk inżommu l-konversazzjoni tagħna naturali, hemm iktar ċans li l-persuna tħossha komda u tkun lesta li tismaʼ l-messaġġ tagħna.
Imita lil Filippu
3. Innota. Tistaʼ ssir taf ħafna dwar il-persuna mill-espressjoni taʼ wiċċha u minn kif taġixxi. Il-persuna qed turik li trid titkellem? Int tistaʼ tibda titkellem dwar xi ħaġa mill-Bibbja billi ssaqsi, “Kont taf li . . . ?” Tipprovax tagħmel konversazzjoni maʼ xi ħadd li ma jridx jitkellem.
4. Kun paċenzjuż. M’għandekx għalfejn tibda titkellem dwar il-Bibbja mill-ewwel. Stenna sakemm dan ikun naturali. Xi kultant, jaf ikollok tistenna sad-darba li jmiss biex tkellem lill-persuna dwar il-Bibbja.
5. Kun lest li taddatta. Jistaʼ jkun li l-persuna tibda titkellem dwar xi ħaġa li ma tkunx qed tistenna. Għalhekk, kun lest biex titkellem mal-persuna dwar dak li jinteressaha, anki jekk dan ifisser li jkollok turiha xi ħaġa mill-Bibbja li ma kontx pjanajt.