Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IBDA KONVERSAZZJONI

LEZZJONI 4

Kun Umli

Kun Umli

Prinċipju: ‘Kunu umli u kkunsidraw lill-oħrajn aħjar minnkom.’—Flp. 2:3.

Dak li Għamel Pawlu

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Atti 26:​2, 3. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1.    Meta kellem lir-Re Agrippa, Pawlu kif wera li kien umli?

  2.   Pawlu kif ġibed l-attenzjoni lejn Ġeħova u l-Iskrittura?—Ara Atti 26:22.

X’Nitgħallmu minn Pawlu?

2. In-nies se jieħdu iktar pjaċir jisimgħu l-messaġġ tagħna meta nitkellmu b’umiltà u b’rispett.

Imita lil Pawlu

3. Tkellem b’rispett. Tagħtix l-impressjoni li taf kollox u li l-persuna l-oħra ma taf xejn.

4. Uri b’mod ċar li dak li qed tgħallem hu mill-Bibbja. Il-Kelma t’Alla tistaʼ taffettwa kif jaħsbu u kif iħossuhom in-nies. Meta nużawha nkunu qed ngħinu lin-nies jafdaw fil-Kelma t’Alla.

5. Ibqaʼ kalm. Tipprovax tieħu r-raġun. Aħna ma rridux nargumentaw. Meta tkun umli se tibqaʼ kalm u tkun taf meta għandek titlaq. (Prov. 17:14; Titu 3:2) Jekk titkellem b’mod kalm, jistaʼ jkun li l-persuna tkun lesta li tismaʼ l-messaġġ darba oħra.