Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IBDA KONVERSAZZJONI

LEZZJONI 5

Uri Rispett

Uri Rispett

Prinċipju: “Ħa jkun kliemkom dejjem kollu ħlewwa.”—Kol. 4:6.

Dak li Għamel Pawlu

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Atti 17:​22, 23. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1.    Pawlu kif ħassu meta ra l-affarijiet li bdew jagħmlu n-nies t’Ateni minħabba r-reliġjonijiet foloz?—Ara Atti 17:16.

  2.   Minflok ma ħadha kontra n-nies t’Ateni, Pawlu kif wera rispett u uża dak li kienu jemmnu biex jagħtihom xhieda?

X’Nitgħallmu minn Pawlu?

2. X’aktarx in-nies se jkunu iktar lesti li jisimgħuna meta noqogħdu attenti x’ngħidu, kif ngħiduh, u meta ngħiduh.

Imita lil Pawlu

3. Aħseb sew x’se tgħid. Pereżempju, meta titkellem maʼ xi ħadd li mhux Kristjan, jaf ikollok bżonn tbiddel il-mod kif tintroduċi l-Bibbja jew tirreferi għal Ġesù.

4. Tikkoreġix lill-persuna mill-ewwel. Ħalliha tesprimi ruħha. Jekk tgħid xi ħaġa kontra dak li tgħallem il-Bibbja, targumentax magħha. (Ġak. 1:19) Meta tismagħha, inti se tkun taf x’temmen u għala temmen hekk.—Prov. 20:5.

5. Meta jkun possibbli aqbel mal-persuna u faħħarha. Hi jaf sinċerament taħseb li dak li temmen hu veru. Ipprova tkellem fuq affarijiet li taqblu fuqhom, imbagħad bil-mod għinha tifhem dak li tgħallem il-Bibbja.