SEZZJONI 5 • ATTI 15:1-35
“L-Appostli u l-Anzjani Ltaqgħu”
Qamet kwistjoni taħraq li heddet il-paċi u l-unità tal-kongregazzjonijiet. Il-kongregazzjonijiet lejn min daru għad-direzzjoni u l-gwida biex isibu soluzzjoni għat-tilwima? F’din it-taqsima se niksbu dehen dwar il-mod kif kienet organizzata l-kongregazzjoni tal-ewwel seklu, li jħalli mudell għan-nies t’Alla llum.