Indiċi tal-Istampi
Skont in-Numru tal-Paġna
Qoxra taʼ quddiem u taʼ wara Pawlu, Tabita, Galljon, Luqa, uffiċjal tat-tempju mal-appostli, Sadduċew, Pawlu jittieħed Ċesarija, u għoti taʼ xhieda taʼ żmien modern b’karozza b’sistema taʼ sawnd u fonografu.
Paġna 1 Pawlu, marbut bil-ktajjen, u Luqa abbord vapur tat-tagħbija fi triqtu lejn Ruma.
Paġni 2, 3 Ħutna J. E. Barr u T. Jaracz tal-Ġemgħa li Tiggverna ħdejn mappa tad-dinja.
Paġna 11 Ġesù jinkariga lill-11-il appostlu leali u lil segwaċi oħrajn fuq muntanja fil-Galilija.
Paġna 14 Ġesù jitlaʼ fis-sema. L-appostli jħarsu fiss lejh.
Paġna 20 F’Pentekoste, id-dixxipli jibdew ikellmu lill-viżitaturi bil-lingwi tagħhom stess.
Paġna 36 L-appostli bilwieqfa quddiem Kajfa li hu inkorlat. L-uffiċjali tat-tempju huma għad-dispożizzjoni tas-Sinedriju biex jagħmlu arresti.
Paġna 44 Isfel: Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, qorti fil-Ġermanja tal-Lvant b’mod żbaljat ikkundannat lil xi Xhieda taʼ Ġeħova bħala spiji Amerikani.—Ir-rivista Neue Berliner Illustrierte, 3 t’Ottubru, 1950.
Paġna 46 Stiefnu akkużat quddiem is-Sinedriju. Fl-isfond, Sadduċej għonja, u fuq quddiem, Fariżej li kienu jżommu b’mod estrem mat-tradizzjoni.
Paġna 54 Pietru jqiegħed idejh fuq dixxiplu ġdid; Xmun jidher b’borża tal-flus.
Paġna 75 Pietru u dawk li qed jivvjaġġaw miegħu jidħlu fid-dar taʼ Kornelju. Kornelju liebes mantar speċjali fuq spalltu tax-xellug biex juri l-pożizzjoni tiegħu bħala uffiċjal tal-armata.
Paġna 83 Pietru mmexxi minn anġlu; it-Torri t’Antonia possibbilment hu l-post fejn Pietru nżamm priġunier.
Paġna 84 Isfel: Attakk minn folla nies viċin Montreal, Quebec, fl-1945. —Ir-rivista Weekend Magazine, Lulju tal-1956.
Paġna 91 Pawlu u Barnaba mitfugħin ’il barra minn Antjokja tal-Pisidja. Fl-isfond jidher l-akwidott ġdid tal-belt, li x’aktarx inbena matul il-bidu tal-ewwel seklu WK.
Paġna 94 Pawlu u Barnaba ma jħallux lin-nies iqimuhom f’Listra. Is-sagrifiċċji pubbliċi normalment kienu jkunu okkażjonijiet eċċitanti u storbjużi b’ħafna mużika.
Paġna 100 Fuq: Sila u Ġuda jinkuraġġixxu lill-kongregazzjoni f’Antjokja tas-Sirja. (Atti 15:30-32) Isfel: Indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet ikellem lil kongregazzjoni fl-Uganda.
Paġna 107 Il-kongregazzjoni taʼ Ġerusalemm tiltaqaʼ f’dar privata.
Paġna 124 Stampa taʼ Pawlu u Timotju jivvjaġġaw abbord vapur Ruman tal-merkanzija. Fid-distanza jistaʼ jidher fanal tal-port.
Paġna 139 Pawlu u Sila jidhru f’bitħa magħluqa b’kanċell, qed jaħarbu minn folla nies rrabjata.
Paġna 155 Galljon iċanfar lill-akkużaturi taʼ Pawlu. Liebes ilbies xieraq għall-pożizzjoni tiegħu: toga imperjali bajda b’faxxa wiesgħa vjola u kalkej, tip taʼ żarbun.
Paġna 158 Demetriju jindirizza lil xi ħaddiema f’ħanut t’arġentier f’Efesu. In-niċeċ tal-fidda t’Artemi jiġu mibjugħin bħala tifkiriet.
Paġna 171 Pawlu u sħabu jitilgħu abbord vapur. Fl-isfond jidher il-Monument tal-Port il-Kbir, mibni fl-ewwel seklu QK.
Paġna 180 Isfel: Matul il-projbizzjoni tal-letteratura fil-Kanada fis-snin 40, Xhud żagħżugħ idaħħal bil-moħbi letteratura Biblika. (Reċtata.)
Paġna 182 Pawlu jċedi għar-rikjesta tal-anzjani. Fl-isfond, Luqa u Timotju qegħdin bilqiegħda jgħinu biex iwasslu l-kontribuzzjonijiet.
Paġna 190 It-tifel t’oħt Pawlu jkellem lil Klawdju Lisja fit-Torri t’Antonia, possibbilment il-post fejn inżamm Pawlu. Fl-isfond jidher it-tempju t’Erodi.
Paġna 206 Pawlu jitlob għall-vjaġġaturi għajjenin li qegħdin fl-istiva taʼ vapur tat-tagħbija.
Paġna 222 Il-priġunier Pawlu, marbut b’katina maʼ suldat Ruman, iħares lejn parti mill-belt taʼ Ruma.