SEZZJONI 6 • Atti 15:36–18:22
“Ejja Nerġgħu Mmorru Nżuru lill-Aħwa”
L-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet liema rwol importanti għandhom fil-kongregazzjoni Kristjana? Liema barkiet niksbu meta naċċettaw inkarigi teokratiċi minn rajna? Kif nistgħu nirraġunaw b’mod effettiv mill-Iskrittura, u għala għandna bżonn nadattaw ruħna għall-udjenza tagħna? Se nsiru nafu t-tweġibiet taʼ dawn il-mistoqsijiet u t’oħrajn hekk kif nakkumpanjaw lill-appostlu Pawlu fit-tieni vjaġġ missjunarju tiegħu.