SEZZJONI 8 • ATTI 21:18–28:31
“Jippritkalhom Dwar is-Saltna t’Alla . . . Bla Tfixkil”
F’din it-taqsima se nsegwu lil Pawlu hekk kif jiffaċċja marmalji rrabjati, jissaporti priġuneriji, u jidher quddiem diversi uffiċjali Rumani. Matul dawn l-esperjenzi kollha, l-appostlu jkompli jagħti xhieda bid-dettall dwar is-Saltna t’Alla. Hekk kif tikkunsidra l-konklużjoni eċċitanti tal-ktieb tal-Atti, staqsi lilek innifsek, ‘Jien kif nistaʼ nimita lil dan l-evanġelizzatur qalbieni u żeluż?’