Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STUDJU 12

Uri ħlewwa u interess ġenwin

Uri ħlewwa u interess ġenwin

1 Tessalonikin 2:7, 8

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Tkellem kif qed tħossok verament, u uri lis-​semmiegħa tiegħek li jinteressak minnhom u li tixtieq tgħinhom.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Aħseb dwar is-​semmiegħa tiegħek. Ipprepara lil qalbek billi tfakkar lilek innifsek dwar il-​problemi li jiffaċċjaw huma. Ipprova immaġina kif iħossuhom.

  • Agħżel kliemek sew. Agħmel ħiltek biex issaħħaħ, tfarraġ, u tinkuraġġixxi lis-​semmiegħa tiegħek. Evita espressjonijiet li jistgħu jweġġgħuhom bla bżonn, u titkellimx negattiv dwar nies li ma jemmnux f’Ġeħova jew dwar dak li jemmnu b’mod sinċier.

  • Uri li jinteressak. B’ton ħelu u b’ġesti addattati, uri lis-​semmiegħa tiegħek li verament jinteressak minnhom. Oqgħod attent għall-​espressjonijiet taʼ wiċċek; tbissem taʼ spiss.