STUDJU 13
Valur prattiku magħmul ċar
Proverbji 3:21
X’GĦANDEK TAGĦMEL: Għin lis-semmiegħa jifhmu kif is-suġġett tiegħek jaffettwa ħajjithom, u urihom xi jridu jagħmlu b’dak li jitgħallmu.
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Aħseb dwar is-semmiegħa tiegħek. Immedita fuq għala s-semmiegħa tiegħek għandhom bżonn jisimgħu l-informazzjoni li qed taqsam magħhom u x’se jkun t’għajnuna għalihom b’mod speċjali.
-
Waqt it-taħdita, uri lis-semmiegħa tiegħek xi jridu jagħmlu. Mill-bidu nett, kull semmiegħ għandu jirrealizza, ‘Din għalija.’ Hekk kif tiżviluppa kull punt, uri kif jiġi applikat. Kun speċifiku.