STUDJU 19
Agħmel sforz biex tilħaq il-qalb
Proverbji 3:1
X’GĦANDEK TAGĦMEL: Għin lis-semmiegħa tiegħek japprezzaw dak li tgħallmu u jaġixxu fuqu.
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Għin lis-semmiegħa tiegħek jeżaminaw lilhom infushom. Staqsi mistoqsijiet rettoriċi biex tgħin lin-nies fl-udjenza jeżaminaw dak li jħossu.
-
Inkuraġġixxi mottivi tajbin. Ħeġġeġ lis-semmiegħa tiegħek biex jeżaminaw għala jagħmlu affarijiet tajbin. Għinhom ikollhom l-aqwa mottivi—imħabba għal Ġeħova, għan-nies, u għat-tagħlim tal-Bibbja. Irraġuna mas-semmiegħa tiegħek u mhux tagħmlilhom prietka. Fl-aħħar tal-preżentazzjoni tiegħek, minflok ma ġġegħelhom jistħu jew iħossuhom ħatja, għinhom iħossuhom inkuraġġiti u mħeġġin biex jagħmlu mill-aħjar.
-
Iġbed l-attenzjoni lejn Ġeħova. Enfasizza kif it-tagħlim Bibliku, il- prinċipji, u l-kmandi juru l-kwalitajiet t’Alla u l-imħabba tiegħu għalina. Għin lis-semmiegħa tiegħek jikkultivaw ix-xewqa li jikkunsidraw kif iħossu Ġeħova u li jogħġbuh.