Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STUDJU 2

Kun naturali

Kun naturali

2 Korintin 2:17

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Tkellem b’mod naturali u sinċier li juri kif tħossok dwar is-​suġġett u dwar is-​semmiegħa tiegħek.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Ipprepara bit-​talb u bir-​reqqa. Itlob għall-​għajnuna biex tikkonċentra fuq il-​messaġġ u mhux fuqek innifsek. F’moħħok irid ikollok idea ċara tal-​punti prinċipali li għandek bżonn twassal. Esprimi l-​ħsibijiet fi kliemek u mhux sempliċement tgħid espressjonijiet kelma b’kelma kif jidhru fuq il-​karta.

  • Tkellem mill-​qalb. Aħseb dwar għala s-​semmiegħa tiegħek għandhom bżonn jisimgħu l-​messaġġ. Iffoka fuqhom. Imbagħad, il-​mod taʼ kif toqgħod bilwieqfa jew bilqiegħda, il-​ġesti tiegħek, u l-​espressjonijiet taʼ wiċċek se juru li int dħuli u sinċier.

  • Ħares lejn is-​semmiegħa tiegħek. Żomm kuntatt bl-​għajnejn meta jkun xieraq li tagħmel dan. Meta tagħti taħdita, ħares lejn xi ħadd fl-​udjenza għal ftit ħin, u mhux tħares fuq fuq lejn l-​aħwa kollha bħala grupp.