STUDJU 20
Konklużjoni effettiva
Ekkleżjasti 12:13, 14
X’GĦANDEK TAGĦMEL: Fil-konklużjoni tiegħek, ħeġġeġ lis-semmiegħa jaċċettaw u japplikaw dak li tgħallmu.
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Orbot il-konklużjoni mas-suġġett tiegħek. Fi kliemek, erġaʼ semmi l-punti prinċipali u t-tema tiegħek.
-
Ħeġġeġ lis-semmiegħa tiegħek. Uri lis-semmiegħa xi jridu jagħmlu, u agħtihom raġunijiet validi għala jagħmlu hekk. Tkellem b’mod li juri li temmen bis-sħiħ dak li qed tgħid u li hu importanti.
-
Żomm il-konklużjoni sempliċi u qasira. Tintroduċix punti prinċipali ġodda. Billi tuża ftit kliem skont il-bżonn, ħeġġeġ lis-semmiegħa għall-aħħar darba biex jaġixxu.