Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STUDJU 7

Informazzjoni eżatta u konvinċenti

Informazzjoni eżatta u konvinċenti

Luqa 1:3

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Uża referenzi taʼ min jafdahom biex tgħin lis-​semmiegħa tiegħek jaslu għall-​konklużjoni t-​tajba.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Sib u uża referenzi li tistaʼ tafdahom. Ibbaża l-​kummenti tiegħek fuq il-​Kelma t’Alla, billi taqra direttament minnha meta jkun possibbli. Jekk tirreferi għal fatt xjentifiku, rapport tal-​aħbarijiet, esperjenza, jew evidenza oħra li tappoġġja dak li qed tgħid, iċċekkja minn qabel li r-​referenzi tiegħek huma taʼ min jafdahom u aġġornati.

  • Uża r-​referenzi kif suppost. Spjega l-​iskritturi fi qbil mal-​kuntest tagħhom, mal-​messaġġ ġenerali tal-​Bibbja, u mal-​pubblikazzjonijiet tal-​“ilsir leali u għaqli.” (Mt. 24:45) Uża referenzi li mhumiex Bibliċi kif suppost mingħajr ma tibdel it-​tifsir oriġinali jew mingħajr ma tgħid xi ħaġa differenti minn dak li l-​kittieb kellu f’moħħu.

  • Irraġuna fuq ir-​referenzi. Wara li taqra skrittura jew tikkwota xi referenza, staqsi mistoqsijiet b’rispett jew agħti eżempju biex tispjega l-​punt ħalli s-​semmiegħa tiegħek jaslu għall-​konklużjoni tagħhom.