Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STUDJU 9

Għallem bl-istampi u l-vidjows

Għallem bl-istampi u l-vidjows

Ġenesi 15:5

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Uża stampi u vidjows biex il-​punti importanti li qed tgħallem ikunu iktar ċari u faċli biex dak li jkun jiftakarhom.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Agħżel stampi u vidjows li jsebbħu t-​tagħlim tiegħek. Uża stampi, ċarts, mapep, linji kronoloġiċi, jew affarijiet oħra biex tenfasizza punti importanti, u mhux dettalji żgħar. Għin lis-​semmiegħa tiegħek jiftakru mhux dak li raw biss, imma t-​tagħlima wkoll.

  • Kun ċert li s-​semmiegħa tiegħek jistgħu jaraw l-​istampa jew il-​vidjow. Pereżempju, meta tuża stampa minn fuq il-​platform kun ċert li tkun kbira biżżejjed biex taraha l-​udjenza.