Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ittra mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna

Ittra mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna

‘Siru għalliema.’ (Ebr. 5:12) Immaġina ftit! Ġeħova—l-​aqwa Għalliem fl-​univers—jistieden lilna biex ngħallmu lil oħrajn dwaru! Kull inkarigu biex ngħallmu l-​verità dwar Ġeħova —fil-​familja, fil-​kongregazzjoni, jew fis-​servizz tal-​għalqa—hu privileġġ prezzjuż u responsabbiltà serja. Kif nistgħu nirnexxu?

It-​tweġiba qiegħda fil-​kliem li l-​appostlu Pawlu kiteb lil Timotju: “Kompli agħti ruħek [jew, irsisti] għall-​qari pubbliku, għat-​twiddib, għat-​tagħlim.” Pawlu żied: “Jekk tagħmel dan issalva kemm lilek innifsek u kemm lil dawk li jisimgħuk.” (1 Tim. 4:13, 16) Int għandek messaġġ li jsalva l-​ħajjiet tan-​nies. Allura hu importanti ħafna li taħdem biex ittejjeb il-​qari u t-​tagħlim tiegħek. Dan il-​browxer hu ddisinjat biex jgħinek tagħmel hekk. Ikkunsidra ftit mill-​affarijiet li fih.

Skrittura f’kull paġna li hi jew prinċipju Bibliku li għandu x’jaqsam mal-​punt tal-​istudju jew eżempju tal-​punt tal-​istudju li qed jiġi applikat

Ġeħova hu “l-​Istruttur Grandjuż.” (Is. 30:20) Filwaqt li dan il-​browxer se jgħinek tirfina l-​abbiltajiet tiegħek bħala qarrej u għalliem, qatt tinsa li l-​messaġġ tagħna ġej mingħand Ġeħova u hu jiġbed in-​nies lejh. (Ġw. 6:44) Allura, tiqafx titlob għall-​ispirtu qaddis. Uża l-​Kelma t’Alla spiss. Qatt tgħid x’taħseb int, imma dejjem għid dak li jħoss u jaħseb Ġeħova. Stinka biex tgħin lis-​semmiegħa tiegħek ikollhom imħabba kbira f’qalbhom għalih.

Int ġejt mistieden biex tgħallem l-​iktar messaġġ importanti li qatt ingħata lin-​nies. Aħna fiduċjużi li hekk kif tiddependi “mis-​saħħa li jagħti Alla,” int se tirnexxi.—1 Pt. 4:11.

L-​għalliema sħabkom,

Il-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova