Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Xellug: Provvisti t’għajnuna li ntbagħtu mill-Iżvizzera għal ħutna fil-Ġermanja, 1946; lemin: Terġaʼ tinbena Sala tas-Saltna fil-Ġappun wara li ntlaqtet minn tsunami, 2011

IS-6 SEZZJONI

L-appoġġ li nagħtu lis-Saltna—Jinbnew postijiet taʼ qima u tingħata għajnuna

L-appoġġ li nagħtu lis-Saltna—Jinbnew postijiet taʼ qima u tingħata għajnuna

TIDĦOL fis-​Sala tas-​Saltna tiegħek u bilkemm tagħrafha s-​sala. Minn dejjem kont kburi b’dan il-​bini. Forsi anke għandek memorji sbieħ taʼ meta għent fil-​bini tas-​sala xi snin qabel. Imma, sa ċertu punt, issa int iktar kburi, għax is-​Sala tas-​Saltna tbiddlet b’mod temporanju f’ċentru fejn tingħata għajnuna. Wara li maltempata reċenti kkaġunat għargħar fl-​inħawi tiegħek u għamlet ħafna ħsara, il-​Kumitat tal-​Fergħa malajr organizza mod kif dawk effettwati mid-​diżastri jingħataw ikel, ħwejjeġ, ilma nadif, u għajnuna oħra. Provvisti għall-​għajnuna li ġew mogħtijin b’mod volontarju qegħdin impoġġijin f’ordni. Aħwa rġiel u nisa qed jidħlu fis-​sala, jieħdu dak li għandhom bżonn, u, f’ħafna każijiet, jibku bil-​ferħ.

Ġesù qal li l-​iktar ħaġa li kienet se tispikka fis-​segwaċi tiegħu kienet se tkun l-​imħabba li għandhom għal xulxin. (Ġw. 13:34, 35) F’din is-​sezzjoni, se nikkunsidraw kif l-​imħabba Kristjana qed tidher fil-​proġetti taʼ bini tax-​Xhieda taʼ Ġeħova u fl-​għajnuna li jagħtu meta jkun hemm xi diżastru. Din l-​imħabba turi biċ-​ċar li qed ngħixu taħt il-​ħakma tas-​Saltna mmexxija minn Ġesù.

F'DIN IT-TAQSIMA

KAPITLU 18

Kif inhuma finanzjati l-attivitajiet tas-Saltna

Il-flus minn fejn jiġu? Kif jintużaw?

KAPITLU 19

Xogħol taʼ bini li jonora lil Ġeħova

Postijiet taʼ qima jonoraw lil Alla, imma hu jqis xi ħaġ’oħra bħala taʼ iktar valur.

KAPITLU 20

Il-qima lil Ġeħova tinkludi li ngħinu lil oħrajn

Kif nafu li l-għoti t’għajnuna hu parti mis-servizz sagru tagħna lil Ġeħova?