L-1 SEZZJONI
Il-verità dwar is-Saltna—Jitqassam l-ikel spiritwali
TARA għajnejn l-istudent tal-Bibbja tiegħek jixegħlu hekk kif jifhem it-tifsira tal-iskrittura li għadkom kemm qrajtu flimkien. Hu jgħid: “Jiġifieri l-Bibbja tgħallem li nistgħu ngħixu għal dejjem f’ġenna—hawnhekk stess fuq l-art?” Il-ħu li ġie miegħek fuq l-istudju jitbissem u jgħid, “Ħeqq, x’rajt fil-Bibbja?” L-istudent bilkemm jistaʼ jemmen, ixengel rasu bi stagħġib, u jgħid, “Ma nistax nemmen li ħadd qatt m’għallimni dan qabel!” Imbagħad tiftakar li qal xi ħaġa simili ftit ġimgħat ilu meta sar jaf għall-ewwel darba li Alla jismu Ġeħova!
Ġieli kellek esperjenza bħal din? Ħafna min-nies t’Alla kellhom. Esperjenzi bħal din ifakkruna kemm ingħatajna għotja prezzjuża—l-għarfien dwar il-verità! Ieqaf u aħseb ftit: Int kif ksibt din l-għotja? F’din is-sezzjoni se neżaminaw dik il-mistoqsija. Il-mod kif in-nies t’Alla bil-mod il-mod saru jafu l-verità hi prova ċara daqs il-kristall li s-Saltna t’Alla hi reali. Għal seklu sħiħ, is-Sultan, Ġesù Kristu, għamel ċert li n-nies t’Alla ġew mgħallmin il-verità.
F'DIN IT-TAQSIMA
KAPITLU 3
Ġeħova jikxef l-iskop tiegħu
Is-Saltna kienet parti mill-iskop oriġinali t’Alla? Ġesù kif ta iktar dettalji dwar is-Saltna?
KAPITLU 4
Isem Ġeħova jiġi mfaħħar
Is-Saltna x’wettqet rigward l-isem t’Alla? Int personalment kif tieħu sehem f’li tqaddes lil isem Ġeħova?
KAPITLU 5
Is-Sultan jagħti iktar dettalji dwar is-Saltna
Ikseb fehma iktar ċara dwar is-Saltna t’Alla, il-ħakkiema u s-sudditi tagħha, u x’tinvolvi l-lealtà.