Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Diżappunt

Diżappunt

Meta nħossuna ddiżappuntati għax oħrajn jonqsuna, iweġġgħuna, jew anki jittraduna

Sa 55:​12-14; Lq 22:​21, 48

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 8:​1-6—Meta l-Iżraelin riedu re, il-profeta Samwel ħassu ddiżappuntat u mweġġaʼ

    • 1Sm 20:​30-34—Ġonatan ħassu mweġġaʼ u umiljat meta missieru, ir-Re Sawl, b’rabja ħadha kontrih

  • Versi li jinkuraġġuna:

  • Rakkonti mill-Bibbja li jinkuraġġuna:

    • Sa 55:​12-14, 16-18, 22—Minkejja li David kien tradut mill-ħabib tal-qalb tiegħu Aħitofel, David straħ fuq Ġeħova u ħassu inkuraġġit

    • 2Ti 4:​16-18—Meta l-appostlu Pawlu ffaċċja prova u n-nies abbandunawh, hu ħassu inkuraġġit għax straħ fuq Ġeħova u kellu t-tama

Meta nħossuna ddiżappuntati minħabba n-nuqqasijiet u d-dnubiet tagħna

Ġob 14:4; Rum 3:23; 5:12

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Sa 51:​1-5—Ir-Re David iddispjaċieh ħafna minħabba li dineb kontra Ġeħova

    • Rum 7:​19-24—L-appostlu Pawlu ħassu skuraġġit ħafna għax kellu jiġġieled kontra d-dgħufijiet tiegħu

  • Versi li jinkuraġġuna:

  • Rakkonti mill-Bibbja li jinkuraġġuna:

    • 1Slt 9:​2-5—Għalkemm ir-Re David għamel dnubiet serji ħafna, Ġeħova xorta ftakru bħala raġel leali

    • 1Ti 1:​12-16—Minkejja d-dnubiet serji li għamel, l-appostlu Pawlu kien ċert li Ġeħova se jurih ħniena