Dnub
X’inhu dnub, u għala jaffettwa lil kulħadd?
Il-Bibbja kif turina li jistaʼ jirnexxilna niġġieldu x-xewqat ħżiena li jkollna?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
2Sm 11:2-5, 14, 15, 26, 27; 12:1-13—Ir-Re David għamel dnubiet serji ħafna, irċieva d-dixxiplina, u wera li nidem
-
Rum 7:15-24—Pawlu kellu fidi b’saħħitha u kien leali, imma xorta kellu jiġġieled biex jegħleb ħsibijiet u xewqat ħżiena
-
Ħafna nies għala jagħmlu dnub?
At 3:17; 17:29, 30; 1Ti 1:13; 1Pt 1:14
Ara wkoll Nu 15:27-29
Għala hi xi ħaġa serja ħafna meta tibqaʼ tagħmel xi ħaġa li taf li hi ħażina?
Ara wkoll Nu 15:30; Rum 1:28-32; 1Ti 5:20
Satana x’jistaʼ juża biex iħajjar lill-qaddejja t’Alla jagħmlu dnub?
Pr 1:10, 11, 15; Mt 5:28; Ġk 1:14, 15
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġen 3:1-6—Satana uża serp biex iħajjar lil Eva tkun egoista u dan dgħajjef il-fiduċja tagħha f’Ġeħova
-
Pr 7:6-10, 21-23—Ir-Re Salamun qal kif żagħżugħ bla esperjenza ċeda għat-tentazzjoni taʼ mara immorali
-
Kif nistgħu nirreżistu t-tentazzjonijiet li jagħmlilna Satana?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Pr 5:1-14—Bħalma missier jagħti pariri lil ibnu, Ġeħova permezz tar-Re Salamun tana pariri tajbin dwar għala u kif għandna nevitaw l-immoralità sesswali
-
Mt 4:1-11—Ġesù uża l-Kelma t’Alla biex ma jċedix għat-tentazzjonijiet taʼ Satana
-
X’inhuma xi eżempji taʼ dnubiet serji li l-Kristjani għandhom jevitaw?
Ara wkoll “Drawwiet Ħżiena”
Nammettu d-dnubiet tagħna
Għala m’għandniex nipprovaw naħbu d-dnubiet tagħna?
Lil min irridu ngħidu d-dnubiet li nagħmlu?
Min hu l-“ajjutant” tagħna li jidher għalina quddiem Ġeħova?
Persuna kif turi li nidmet minn dak li għamlet?
Ara wkoll “Indiema”
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Eżo 22:1-12—Skont il-Liġi li Alla ta lil Mosè, ħalliel kellu jagħti lura dak li seraq lill-vittma
-
Lq 19:8, 9—Żakkew, li kien jiġbor it-taxxa, wera li nidem billi ma baqax jisraq u ta lura l-flus li seraq
-
Għala nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova se jaħfrilna?
Ara wkoll “Maħfra”
Ġeħova lil min ta r-responsabbiltà biex jgħinu u jipproteġu lill-kongregazzjoni meta xi ħadd jagħmel dnub serju?
Dnub serju kif jistaʼ jaffettwa lill-familja tagħna jew lill-kongregazzjoni?
Ara wkoll Dt 29:18
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġoż 7:1-13, 20-26—Għakan ġab diżastru fuq Iżrael kollu meta għamel dnub serju u prova jaħbih
-
Ġon 1:1-16—Minħabba li Ġona m’obdiex dak li qallu Ġeħova, hu poġġa fil-periklu l-ħajja taʼ dawk kollha li kienu fuq il-vapur
-
1Kor 5:1-7—L-appostlu Pawlu kixef dnub serju li kien qed jagħmel ħsara lill-kongregazzjoni f’Korintu
-
Il-biżaʼ li niġu ddixxiplinati għala m’għandhiex iżżommna lura milli nitolbu l-għajnuna tal-anzjani?
Għala għandna nkunu konvinti li Alla ħafrilna u mhux nibqgħu nħossuna mdejqin minħabba dnub li għamilna fil-passat?
Ara wkoll “Maħfra”
Jekk inkunu nafu li xi ħadd għamel dnub serju, għala rridu nkellmu lill-persuna u nkunu ċerti li marret tkellem lill-anzjani?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Dt 13:6-9; 21:18-20—Il-Liġi li Alla ta lil Mosè kienet tgħid li jekk xi ħadd ikun jaf li membru tal-familja jew persuna li jħobb għamlet dnub serju għandu jitkellem
-