Familja
Ġeħova ħalaq il-familja
Ġenituri
Ara “Ġenituri”
Missirijiet
Ara “Missirijiet”
Ommijiet
Ara “Ommijiet”
Irġiel u Nisa Miżżewġin
Ara “Żwieġ”
Subien u Bniet
X’responsabbiltajiet għandhom it-tfal fil-familja?
It-tfal għala għandhom jobdu lill-ġenituri?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Sa 78:1-8—L-Iżraelin qalu lit-tfal tagħhom x’għamlu missirijiethom wara li Ġeħova tahom il-kmandamenti, ħalli b’hekk it-tfal jafdaw f’Ġeħova u jobduh
-
Lq 2:51, 52—Għalkemm Ġesù kien perfett, meta kien żgħir dejjem obda lill-ġenituri tiegħu li kienu imperfetti
-
It-tfal għala kultant isibuha diffiċli biex jirrispettaw il-ġenituri tagħhom?
Ġeħova kif iqis it-tfal li ma jobdux il-ġenituri tagħhom?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Dt 21:18-21—Skont il-Liġi taʼ Mosè jekk tifel ma kienx jobdi, kien rasu iebsa, u ma kienx jirrispetta lill-ġenituri tiegħu, setaʼ jingħata l-mewt
-
2Slt 2:23, 24—Grupp taʼ subien inqatlu għax qagħdu jgħajru lill-profeta Eliżew
-
Il-ġenituri kif għandhom iħossuhom dwar li jrabbu t-tfal?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Le 26:9—Għall-Iżraelin li jkollhom it-tfal kienet barka minn Ġeħova
-
Ġob 42:12, 13—Talli Ġob baqaʼ leali lejn Ġeħova minkejja dak kollu li għadda minnu, Ġeħova ta lilu u lill-mara tiegħu għaxart itfal oħra
-
Ġeħova kif irid li l-aħwa jittrattaw lil xulxin?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġen 27:41; 33:1-11—Wara li Ġakobb għamel sforz biex juri rispett lil ħuh u jagħmel paċi miegħu, Għesaw apprezza u ħa pjaċir bih
-
L-adulti x’responsabbiltà għandhom lejn il-ġenituri u n-nanniet tagħhom?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġen 11:31, 32—Meta telaq minn Ur, Abraham ħa miegħu lil missieru Teraħ u baqaʼ jieħu ħsiebu sa ma miet
-
Mt 15:3-6—Ġesù uża l-Liġi taʼ Mosè biex juri li l-adulti għandhom jgħinu lill-ġenituri f’dak li għandhom bżonn
-
Membri tal-familja
Ara “Kunjati”
Nanniet
Ara “Nanniet”