Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ġenituri

Ġenituri

X’inhuma xi raġunijiet għala Ġeħova għamel iż-żwieġ?

Il-ġenituri kif għandhom iħossuhom dwar it-tfal tagħhom?

Sa 127:​3-5; 128:3

Ara wkoll “Tfal; Żgħażagħ

Il-ġenituri x’responsabbiltà għandhom?

Dt 6:​6, 7; 11:​18, 19; Pr 22:6; 2Kor 12:14; 1Ti 5:8

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 1:​1-4—Elkana ħa lill-familja tiegħu f’Silo għall-festi u għamel ċert li t-tfal tiegħu jieħdu sehem miegħu f’li jaqdu lil Ġeħova

    • Lq 2:​39, 41—Ġużeppi u Marija b’mod regolari kienu jmorru minn Nazaret għal Ġerusalemm mat-tfal tagħhom għall-festa tal-Qbiż

Għala hu tajjeb li tgħallem lit-tfal jobdu lil Ġeħova?

Pr 1:​8, 9; 22:6

Ara wkoll 2Ti 3:​14, 15

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 2:​18-21, 26; 3:19—Ħanna u Elkana ħadu lit-tifel tagħhom, Samwel, biex jaqdi fit-tempju, imma kienu jmorru jarawh b’mod regolari u jaraw x’kellu bżonn. Samwel sar iħobb ħafna lil Ġeħova u baqaʼ jaqdih

    • Lq 2:​51, 52—Ġesù obda lill-ġenituri tiegħu avolja kienu imperfetti

Ġeħova x’għajnuna ta lill-ġenituri biex jgħallmu lit-tfal tagħhom?

Dt 6:​4-9; Ef 6:4; 2Ti 3:​14-17

Ara wkoll Sa 127:1; Pr 16:3

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Imħ 13:​2-8—Wara li l-anġlu taʼ Ġeħova qal lil Manogħa li kien se jkollhom tifel, hu staqsa lil Ġeħova kif għandu jrabbih

    • Sa 78:​3-8—Ġeħova jrid lill-ġenituri jgħallmu lit-tfal dak li tgħallmu huma mill-Bibbja

Għala tifel jew tifla xorta tistaʼ tagħżel li ma taqdix lil Ġeħova anki jekk trabbiet f’familja li tħobb lil Ġeħova?

Eże 18:​1-13, 20

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 6:​1-5; Ġd 6—Għalkemm ħafna anġli kienu maʼ Ġeħova għal ħafna snin, grupp kbir minnhom ħadha kontrih

    • 1Sm 8:​1-3—Għalkemm Samwel kien profeta leali u tajjeb, it-tfal tiegħu saru diżonesti u korrotti

Il-ġenituri meta għandhom jibdew jgħallmu lit-tfal tagħhom dwar dak li jrid Ġeħova?

2Ti 3:15

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Dt 29:​10-12, 29; 31:12; Esd 10:1—Meta l-Iżraelin kienu jmorru jitgħallmu dwar Ġeħova, kienu jieħdu lit-tfal tagħhom ukoll

    • Lq 2:​41-52—Kull sena, Ġużeppi u Marija ħadu lit-tfal tagħhom, anki lil Ġesù, għall-festa tal-Qbiż fit-tempju taʼ Ġerusalemm

Maʼ liema eżempji għandhom jimxu l-ġenituri biex jipproteġu lit-tfal tagħhom minn dawk li jistgħu jweġġgħuhom?

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Eżo 19:4; Dt 32:​11, 12—Ġeħova jqabbel lilu nnifsu maʼ ajkla li ġġorr, tipproteġi, u tieħu ħsieb lill-frieħ tagħha

    • Is 49:15—Ġeħova jwiegħed li jipproteġi u jieħdu ħsieb lin-nies tiegħu aktar minn omm li tieħu ħsieb it-tarbija tagħha

    • Mt 2:​1-16—Satana pprova joqtol lil Ġesù billi ħa rġiel li kienu jaqraw il-futur għand ir-Re Erodi, imma Ġeħova pproteġa lil Ibnu billi qal lil Ġużeppi biex imorru l-Eġittu

    • Mt 23:37—Biex jurina kemm iħobbna, Ġesù ġab eżempju taʼ tiġieġa li tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwinħajha biex tipproteġihom

Il-ġenituri għala għandhom jgħallmu lit-tfal tagħhom dwar is-sess?

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Le 15:​2, 3, 16, 18, 19; Dt 31:​10-13—Il-Liġi taʼ Mosè kienet titkellem ċar dwar kif Ġeħova jqis is-sess, u Ġeħova ried li t-tfal ukoll jisimgħu l-Liġi tinqara

    • Sa 139:​13-16—David apprezza ħafna l-mod kif Ġeħova ħalaq lin-nies u l-mod tal-għaġeb kif jistaʼ jkollhom it-tfal

    • Pr 2:​10-15—It-tagħlim u l-għerf taʼ Ġeħova jistgħu jipproteġuna min-nies li jagħmlu l-ħażin u li ma tistax tafdahom

Il-ġenituri għala għandhom jiddixxiplinaw lit-tfal bi mħabba?

Pr 13:24; 29:17; Ġer 30:11; Ef 6:4

Ara wkoll Sa 25:8; 145:9; Kol 3:21

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Sa 32:​1-5—Għalkemm Ġeħova ddixxiplina lil David għad-dnub li għamel, hu ħassu inkuraġġit għax kien jaf li Ġeħova jaħfer lil dawk li vera jiddispjaċihom

    • Ġon 4:​1-11—Il-profeta Ġona kellem lil Ġeħova b’rabja u b’diżrispett, imma Ġeħova wieġbu b’qalb tajba u bil-paċenzja. Dan għallmu li Ġeħova hu ħanin

Id-dixxiplina għala hi mod taʼ kif il-ġenituri juru l-imħabba tagħhom lejn it-tfal?