Għerf
X’attitudni jrid ikollna jekk irridu nsibu l-għerf veru?
Fejn nistgħu nsibu l-għerf veru?
Għandna nitolbu lil Alla għall-għerf?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
2Kro 1:8-12—Meta r-Re Salamun kien żagħżugħ talab lil Ġeħova biex jagħtih l-għerf ħalli jkun mexxej tajjeb, u Ġeħova kien lest li jagħtih dak li talbu
-
Pr 2:1-5—Li jkollok l-għerf, li tifhem, u li tagħraf x’inhu tajjeb u ħażin huma aqwa mill-fidda, u meta nkomplu nfittxuhom Ġeħova se jgħinna nsibuhom
-
Ġeħova kif jagħtina l-għerf?
Is 11:2; 1Kor 1:24, 30; 2:13; Ef 1:17; Kol 2:2, 3
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Pr 8:1-3, 22-31—L-għerf t’Alla jiġi mxebbah ma’ persuna, u kif ġie spjegat ifakkarna f’Ġesù li Ġeħova ħalqu qabel kull ħaġa oħra
-
Mt 13:51-54—Ħafna minn dawk li semgħu lil Ġesù ma setgħux jifhmu kif xi ħadd li rawh jikber kellu daqshekk għerf
-
Kif nuru li għandna l-għerf t’Alla?
Sa 111:10; Ekk 8:1; Ġk 3:13-17
Ara wkoll Sa 107:43; Pr 1:1-5
L-għerf kif jgħinna u jipproteġina?
Ara wkoll Pr 7:2-5; Ekk 7:12
Kemm hu importanti l-għerf li jagħtina Alla?
Ara wkoll Ġob 28:18
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġob 28:12, 15-19—Minkejja li Ġob bata ħafna, hu wera li apprezza l-għerf t’Alla b’dak li qal
-
Sa 19:7-9—Ir-Re David qal li l-liġi u t-tfakkiriet taʼ Ġeħova jistgħu jagħtu l-għerf lil dawk li m’għandhomx esperjenza
-
Għala jistaʼ jkun taʼ ħsara għalina jekk nisimgħu mill-għerf tan-nies tad-dinja li jinjoraw lil Alla?