Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ġustizzja

Ġustizzja

Min hu l-uniku wieħed li għandu d-dritt jgħid x’inhu tajjeb jew ġust?

Dt 32:4; Eże 33:​17-20

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 18:​23-33—Ġeħova wera lil Abraham li hu Mħallef ġust

    • Sa 72:​1-4, 12-14—Dan is-salm ifaħħar lir-Re tas-Saltna t’Alla għax hu jimita eżatt il-ġustizzja taʼ Ġeħova

Kif nibbenefikaw meta ngħixu mal-livelli ġusti taʼ Ġeħova?

Sa 37:​25, 29; Ġk 5:16; 1Pt 3:12

Ara wkoll Sa 35:24; Is 26:9; Rum 1:17

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġob 37:​22-24—Eliħu faħħar il-ġustizzja taʼ Ġeħova u din iġġiegħel lill-qaddejja tiegħu juruh rispett kbir

    • Sa 89:​13-17—Is-salmista faħħar lil Ġeħova għax hu dejjem imexxi bil-ġustizzja

Kif nistgħu nuru li aħna konvinti li dak li jgħidilna Ġeħova hu ġust?

Eże 18:​25-31; Mt 6:33; Rum 12:​1, 2; Ef 4:​23, 24

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 6:​9, 22; 7:1—Noè għamel dak kollu li qallu Ġeħova u b’hekk wera li kien raġel sewwa

    • Rum 4:​1-3, 9—Għal Ġeħova, Abraham kien raġel ġust minħabba li wera fidi kbira fih

Il-mod kif naġixxu għala għandu jkun immotivat mill-imħabba tagħna għal Ġeħova u mhux għax irridu nimpressjonaw lil oħrajn?

Mt 6:1; 23:​27, 28; Lq 16:​14, 15; Rum 10:10

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Mt 5:20; 15:​7-9—Ġesù qal lin-nies biex ikunu ġusti u ma jimitawx lill-iskribi u l-Fariżej li kienu moħħhom biex jagħmlu dak li jaħsbu li hu tajjeb huma minflok dak li ried Alla

    • Lq 18:​9-14—Ġesù ġab eżempju biex jikkoreġi lil dawk li pprovaw jidhru ġusti iktar minn oħrajn

Għala li tkun tajjeb huwa aħjar milli tkun ġust?

Għala rridu nevitaw li naħsbu li aħna ġusti iktar minn oħrajn jew ninsistu li aħna aħjar minnhom?