Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ħniena

Ħniena

Liema kwalitajiet oħra jagħmlu parti mill-ħniena?

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Sa 51:​1, 2—Meta David talab lil Ġeħova biex iħenn għalih, hu talbu biex jaħfirlu u jinsa d-dnubiet tiegħu

    • Lq 10:​29-37—Ġesù għallimna kif nuru l-ħniena billi ġab l-eżempju tar-raġel Samaritan li tħassar lir-raġel Lhudi u wera qalb tajba miegħu

Il-Kristjani għala għandhom juru l-ħniena?

Għala kulħadd għandu bżonn jintwera ħniena?

Kif nafu li Ġeħova dejjem juri l-ħniena?

Eżo 34:6; Ne 9:17; Sa 103:8; 2Kor 1:3

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġob 42:​1, 2, 6-10; Ġk 5:11—Ġeħova kien ħanin maʼ Ġob u għallmu biex hu wkoll juri l-ħniena m’oħrajn

    • Lq 15:​11-32—Ġesù wriena kemm Ġeħova hu ħanin billi ġab eżempju taʼ kif missier tratta lit-tifel tiegħu li ddispjaċieh għal dak li għamel

Ġeħova għala jurina ħniena?

Is-sagrifiċċju taʼ Kristu kif jgħin biex jinħafru d-dnubiet tagħna?

Għala għandna nitolbu lil Ġeħova biex jurina ħniena u għala għandna dejjem napprezzawha?

Lq 11:​2-4; Lh 4:16

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Sa 51:​1-4—Ir-Re David iddispjaċieh ħafna għad-dnubiet li għamel u talab lil Ġeħova biex jaħfirlu għax kien umli

    • Lq 18:​9-14—Ġesù ġab eżempju biex jurina li Ġeħova jħenn għal dawk li huma umli u jammettu l-iżbalji tagħhom

Ġeħova kif juri ħniena anki maʼ dawk li għamlu dnubiet serji?

Dt 4:​29-31; Is 55:7

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 2Kro 33:​9-13, 15—Manasse kien re ħażin ħafna, imma hu nidem u talab bil-ħniena lil Ġeħova biex jaħfirlu. Hu reġaʼ sar re u b’dak li għamel wera li vera nbidel

    • Ġon 3:​4-10—In-nies taʼ Ninwe kienu vjolenti u qatlu ħafna nies imma huma nidmu u Ġeħova ħafrilhom

Għala hu importanti li nammettu d-dnubiet tagħna maʼ Ġeħova u ma nibqgħux nagħmlu affarijiet ħżiena biex Ġeħova jaħfrilna?

Anki wara li Ġeħova jaħfrilna, jaf ikollna nirċievu d-dixxiplina u nbatu l-konsegwenzi minħabba l-iżbalji li nkunu għamilna

Għala għandna naħfru lil oħrajn?

X’jistaʼ jiġrilha l-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova jekk ma nurux ħniena m’oħrajn?

Mt 9:13; 23:23; Ġk 2:13

Ara wkoll Pr 21:13

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Mt 18:​23-35—Ġesù ġab eżempju biex jurina li jekk aħna ma nurux ħniena m’oħrajn, Ġeħova mhux se jaħfrilna

    • Lq 10:​29-37—Ġesù ġab eżempju biex jurina li hu u Ġeħova ma jiħdux pjaċir b’dawk li ma jurux ħniena, imma jieħdu pjaċir b’dawk li jimitaw is-Samaritan it-tajjeb

Ġeħova kif jittratta lil dawk li juru ħniena m’oħrajn?