Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Inkuraġġiment

Inkuraġġiment

Għala hu importanti li l-aħwa jinkuraġġixxu lil xulxin?

Is 35:​3, 4; Kol 3:16; 1Te 5:11; Lh 3:13

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 2Kro 32:​2-8—Meta l-Assirjani ġew biex jattakkaw in-nies t’Alla, ir-Re Ħeżekija inkuraġġiehom

    • Da 10:​2, 8-11, 18, 19—Anġlu inkuraġġixxa lil Danjel meta kien xjaħ u ħassu għajjien ħafna

Inkuraġġiment mill-Bibbja meta nħossuna skuraġġiti

Ansjetà

Ara “Ansjetà

Biżaʼ

Ara “Biżaʼ

Għira

Ara “Għira

Ħtija li tkissrek

Esd 9:6; Sa 38:​3, 4, 8; 40:12

Meta jkollna dubju jekk aħniex prezzjużi għal Alla

Ara “Dubji

Meta nħossuna li ma nistgħux insolvu problema jew nagħmlu xi inkarigu

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Eżo 3:11; 4:10—Mosè ma ħassux kapaċi jkellem lill-Fargħun u joħroġ lin-nies t’Alla mill-Eġittu

    • Ġer 1:​4-6—Ġeremija ħassu żgħir u bla esperjenza biex jgħid lin-nies dwar il-ġudizzju taʼ Ġeħova

  • Rakkonti mill-Bibbja li jinkuraġġuna:

    • Eżo 3:12; 4:​11, 12—Ġeħova bil-paċenzja aċċerta lil Mosè li kien se jgħinu fl-inkarigu li kellu

    • Ġer 1:​7-10—Ġeħova qal lil Ġeremija biex ma jibżax għax hu kien se jgħinu fl-inkarigu diffiċli tiegħu

Meta niġu ddiżappuntati minħabba li oħrajn jonqsuna, iweġġgħuna, jew jittraduna

Ara “Diżappunt

Meta niġu ddiżappuntati minħabba n-nuqqasijiet u d-dnubiet li nagħmlu

Ara “Diżappunt

Meta tkun muġugħ emozzjonalment minħabba li oħrajn trattawk ħażin

Ara “Trattat Ħażin

Minħabba saħħa limitata jew xjuħija, xi wħud ma jistgħux jagħmlu kemm jixtiequ

Sa 71:​9, 18; Ekk 12:​1-7

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 2Slt 20:​1-3—Ir-Re Ħeżekija kien imdejjaq meta marad u kien se jmut

    • Flp 2:​25-30—Epafroditu ħassu dipress għax beda jaħseb li l-aħwa fil-Filippi se jaħsbu li hu mhux kapaċi jagħmel l-inkarigu tiegħu peress li kien marid

  • Versi li jinkuraġġuna:

  • Rakkonti mill-Bibbja li jinkuraġġuna:

    • 2Sm 17:​27-29; 19:​31-38—Ir-Re David irrispetta lil Barżillaj u stiednu biex imur Ġerusalemm, imma Barżillaj kien modest u m’aċċettax l-istedina minħabba l-età tiegħu

    • Sa 41:​1-3, 12—Meta r-Re David kien marid serjament, hu kien ċert li Ġeħova se jgħinu

    • Mrk 12:​41-44—Ġesù faħħar armla fqira għall-kontribuzzjoni tagħha minħabba li hi tat kulma kellha

Persekuzzjoni

Ara “Persekuzzjoni

Rabja; iżżomm f’qalbek

Ħafna jibqgħu jżommu f’qalbhom u jitilfu l-ferħ minħabba l-problemi jew l-inġustizzji

Ekk 9:​11, 12

Ara wkoll Sa 142:4; Ekk 4:1; 7:7

Xi wħud jitilfu l-ferħ minħabba affarijiet koroh li jagħmlu oħrajn

Ekk 4:​1, 2

Ġeħova għala jistenna li l-anzjani jinkuraġġixxu lil kulħadd?

Is 32:​1, 2; 1Pt 5:​1-3

Ara wkoll Mt 11:​28-30

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Dt 3:28; 31:​7, 8—Bħalma kien qallu Ġeħova, il-profeta Mosè inkuraġġixxa u saħħaħ lil Ġożwè li kien se jmexxi lill-poplu

    • At 11:​22-26; 14:22—L-appostli Pawlu u Barnaba inkuraġġew lill-Kristjani f’Antjokja meta kienu qed jiffaċċjaw il-persekuzzjoni

Meta tinkuraġġixxi lil oħrajn għala hu importanti li tfaħħarhom?

Pr 31:​28, 29; 1Kor 11:2

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Imħ 11:​37-40—Iż-żgħażagħ nisa t’Iżrael kienu jmorru jaraw lit-tifla taʼ Ġefta kull sena biex ifaħħruha talli kienet taqdi fit-tabernaklu

    • Ri 2:​1-4—Għalkemm Ġesù kellu bżonn jikkoreġi lill-Kristjani f’Efesu, hu faħħarhom ukoll għall-affarijiet tajbin li kienu qed jagħmlu

Kif nistgħu ninkuraġġixxu lil ħutna?

Pr 15:23; Ef 4:29; Flp 1:​13, 14; Kol 4:6; 1Te 5:14

Ara wkoll 2Kor 7:​13, 15, 16

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 23:​16-18—Ġonatan kien jaf li l-ħabib tiegħu David kellu bżonn l-inkuraġġiment, allura mar ifittxu biex jinkuraġġih

    • Ġw 16:33—Ġesù inkuraġġixxa lid-dixxipli billi aċċertahom li jekk jimitaw l-eżempju tiegħu huma kienu se jirbħu lid-dinja wkoll

    • At 28:​14-16—Pawlu ħassu inkuraġġit meta l-aħwa marru jarawh waqt li kien se jmur Ruma biex jidher quddiem Ċesari

Għala hu importanti li nirrispettaw lil oħrajn u ma nkunux negattivi?

Flp 2:​14-16; Ġd 16-19

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Nu 11:​10-15—Il-profeta Mosè ħassu skuraġġit ħafna minħabba li n-nies kienu negattivi u m’obdewx

    • Nu 13:​31, 32; 14:​2-6—L-għaxar spiji skuraġġew lin-nies minħabba li tkellmu b’mod negattiv, u dan wassal biex ftit wara n-nies irribellaw

Għala nħossuna inkuraġġiti meta nqattgħu l-ħin mal-aħwa?

Pr 27:17; Rum 1:​11, 12; Lh 10:​24, 25; 12:12

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 2Kro 20:​1-19—Meta armata kbira attakkat lil Ġuda, ir-Re Ġeħosafat ġabar lin-nies biex jitolbu flimkien

    • At 12:​1-5, 12-17—Wara li l-appostlu Ġakbu ġie maqtul u l-appostlu Pietru ġie mitfugħ il-ħabs, l-aħwa f’Ġerusalemm iltaqgħu biex jitolbu flimkien

Li naħsbu dwar it-tama kif jgħinna niffaċċjaw il-provi li jkollna?

At 5:​40, 41; Rum 8:​35-39; 1Kor 4:​11-13; 2Kor 4:​16-18; 1Pt 1:​6, 7

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 39:​19-23; 40:​1-8—Għalkemm Ġużeppi kien fil-ħabs għalxejn b’xejn, hu xorta straħ fuq Alla u ried jgħin lil oħrajn

    • 2Slt 6:​15-17—Il-profeta Eliżew ma beżax meta ra armata kbira ġejja kontrih u talab biex il-qaddej tiegħu ma jibżax

Il-Bibbja tistaʼ tinkuraġġina

Ġeħova kif iwegħedna li se jgħinna?

Għala nħossuna inkuraġġiti meta naħsbu dwar il-paċenzja u l-ħniena taʼ Ġeħova?

Ġeħova kif jgħin lil dawk li jħossuhom skuraġġiti?

Sa 46:1; Is 12:2; 40:​29-31; Flp 4:13

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 1:​10, 11, 17, 18—Meta Ħanna ħassitha mdejqa ħafna, hi talbet lil Ġeħova u hu għenha tħossha aħjar

    • 1Slt 19:​1-19—Meta l-profeta Elija ħassu skuraġġit, Ġeħova tah x’jiekol u x’jixrob. Hu inkuraġġieh u għenu jħares ’il quddiem għall-futur

Il-wegħdi li nsibu fil-Bibbja kif jagħtuna l-kuraġġ?

2Kro 15:7; Sa 27:​13, 14; Lh 6:​17-19; 12:2

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġob 14:​1, 2, 7-9, 13-15—Fl-agħar żmien taʼ ħajtu, Ġob ħassu inkuraġġit għax kien jaf li Ġeħova jistaʼ jirxoxtah

    • Da 12:13—Meta kellu madwar 100 sena, il-profeta Danjel ħassu inkuraġġit għax l-anġlu tkellem miegħu dwar il-premju li kien se jirċievi fil-futur

Kif inħossuna inkuraġġiti meta nitolbu lil Ġeħova u nimmeditaw fuq dak li nafu dwaru?

Sa 18:6; 56:​4, 11; Lh 13:6

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 30:​1-9—Meta David kellu l-problemi, hu talab lil Ġeħova u ħassu inkuraġġit

    • Lq 22:​39-43—Fl-iktar mument diffiċli Ġesù talab mill-qalb lil Missieru, u Ġeħova bagħatlu anġlu biex jinkuraġġih

Meta nisimgħu affarijiet pożittivi kif jinkuraġġuna, u għala tajjeb li nitkellmu dwarhom m’oħrajn?

Pr 15:30; 25:25; Is 52:7

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • At 15:​2-4—L-appostli Pawlu u Barnaba inkuraġġew lil ħuthom fil-kongregazzjonijiet li żaru

    • 3Ġw 1-4—Meta kiber fl-età, Ġwanni ħassu inkuraġġit meta semaʼ li dawk li kien għallimhom l-aħbar tajba baqgħu leali