Insolvu l-Problemi m’Oħrajn
Meta xi ħadd iweġġagħna, għala rridu nevitaw li nirrabjaw jew li npattu lura?
Pr 20:22; 24:29; Rum 12:17, 18; Ġk 1:19, 20; 1Pt 3:8, 9
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 25:9-13, 23-35—Meta Nabal għajjar lil David u l-irġiel tiegħu u ma tahomx dak li kellhom bżonn, David ried joqtol lilu u lill-irġiel tiegħu. Imma mbagħad David semaʼ mill-parir li tatu Abigajl u ma pattiex lura
Pr 24:17-20—Bl-ispirtu taʼ Ġeħova, ir-Re Salamun avża lin-nies t’Alla li Ġeħova ma ridhomx ikunu ferħanin meta dawk taʼ kontrihom ibatu. Aħna nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova se jiġġudika lin-nies ħżiena
Jekk Kristjan ikollu problema maʼ xi ħadd, għandu jieqaf ikellmu jew ma jagħmilhiex miegħu?
Le 19:17, 18; 1Kor 13:4, 5; Ef 4:26
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mt 5:23, 24—Ġesù qalilna li għandna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nirranġaw in-nuqqasijiet maʼ xi ħadd li għandu xi ħaġa kontrina
X’għandna nagħmlu jekk xi ħadd weġġagħna?
Jekk xi ħadd jonqosna ħafna drabi imma jindem, għala għandna naħfrulu?
Jekk Kristjan dineb kontrik u ma tistax tħalli dak li jkun għamillek għaddej, pereżempju jkun gideb dwarek jew serqek, min għandu jkellmu u għala?
Meta persuna li tkun gidbet jew serqitna nkellmuha fil-privat u xorta ma jiddispjaċihiex għal dak li tkun għamlet, x’għandna nagħmlu?