Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Introduzzjoni

Introduzzjoni

Dan il-ktieb, Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani, se jagħmilha faċli għalik biex issib versi u rakkonti fil-Bibbja li jistgħu jgħinuk tkampa mal-problemi li jkollok. Se jgħinek ukoll issib versi biex tinkuraġġixxi lil oħrajn u tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet li jferrħu lil Ġeħova. Tistaʼ tagħżel is-suġġett li tkun trid. Kull suġġett fih mistoqsijiet u spjegazzjoni qasira taʼ eżempji mill-Bibbja li se jgħinuk. (Ara l-kaxxa “ Kif Tuża Din il-Pubblikazzjoni.”) Hekk kif tibda tuża dan il-ktieb, se ssib skritturi li jagħtuk il-pariri u l-għajnuna li għandek bżonn. Int se ssib ukoll prinċipji importanti mill-Bibbja li tistaʼ tuża biex tgħin u tinkuraġġixxi lil oħrajn.

Ovvjament dan il-ktieb ma fihx l-iskritturi kollha dwar kull suġġett. Imma ġie ddisinjat biex jgħinek issib l-iktar skritturi importanti dwar is-suġġett li qed tfittex, imbagħad tistaʼ tuża għodod oħra biex titgħallem iktar. (Pr 2:​1-6) Tistaʼ tfittex iktar fil-fond billi tuża r-referenzi marġinali u anki n-noti taʼ studju tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa b’lingwa li tifhem. Biex titgħallem iktar dwar xi vers mill-Bibbja, idħol fil-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova u agħżel “Skritturi Spjegati” jew idħol fil-Watch Tower Publications Index bl-Ingliż. Dawn l-għodod se juruk x’ħareġ dwar il-vers. L-aktar referenzi riċenti se juruk il-mod kif qed nifhmu l-vers tal-Bibbja issa.

Jalla l-ktieb Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani jgħinek ikollok iktar għarfien u tifhem it-tagħlim li hemm fil-Bibbja. Meta tuża dan il-ktieb, se tkun iktar konvint li “l-kelma t’Alla hi ħajja [u] b’saħħitha ħafna.” —Eb 4:12.