Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Nissaportu

Nissaportu

Għandhom bżonn jissaportu l-qaddejja taʼ Ġeħova?

Kif nafu li xi nies mhux se jagħtu kasna jew se jiħduha kontrina meta nippritkawlhom?

Mt 10:22; Ġw 15:​18, 19; 2Kor 6:​4, 5

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 2Pt 2:5; Ġen 7:23; Mt 24:​37-39—In-nies ma semgħux minn Noè u b’hekk hu u l-familja tiegħu biss salvaw fid-Dulluvju

    • 2Ti 3:​10-14—L-appostlu Pawlu qal lil Timotju li hu ssaporta ħafna wġigħ u tbatija u inkuraġġieh biex jissaporti wkoll

Għala ma niħduhiex bi kbira jekk tal-familja jippruvaw iwaqqfuna milli naqdu lil Ġeħova?

Mt 10:​22, 36-38; Lq 21:​16-19

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

Meta niġu ppersegwitati għala m’għandniex nibżgħu mill-mewt?

Mt 10:28; 2Ti 4:​6, 7

Ara wkoll Ri 2:10

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Da 3:​1-6, 13-18—Sidrak, Mesak, u Għabednego kienu lesti li jmutu biex ma jagħtux qima lill-istatwa

    • At 5:​27-29, 33, 40-42—L-appostli baqgħu jippritkaw avolja xi rġiel qalulhom li kienu se joqtluhom jekk jibqgħu jagħmlu dan

X’ħa jgħinna nibqgħu leali lejn Ġeħova anki meta ningħataw dixxiplina?

Pr 3:​11, 12; Lh 12:​5-7

Għala jistaʼ jkun diffiċli biex tissaporti meta oħrajn jieqfu jaqdu lil Ġeħova?

Ġer 1:​16-19; Ħab 1:​2-4

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Sa 73:​2-24—Meta s-salmista ra li n-nies ħżiena qed jiġihom kollox tajjeb, hu beda jiddubita jekk kienx worth it li jaqdi lil Ġeħova

    • Ġw 6:​60-62, 66-68—L-appostlu Pietru baqaʼ jissaporti minkejja li oħrajn waqfu jobdu lil Ġesù

X’se jgħinna nissaportu?

Nibqgħu qrib Ġeħova

Naqraw il-Bibbja u naħsbu fil-fond dwar dak li naqraw

Nitolbu lil Ġeħova mill-qalb b’mod regolari

Rum 12:12; Kol 4:2; 1Pt 4:7

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Da 6:​4-11—Il-profeta Danjel kompla jitlob lil Ġeħova avolja setaʼ jitlef ħajtu

    • Mt 26:​36-46; Lh 5:7—Fil-lejl qabel miet, Ġesù talab lil missieru mill-qalb u qal lid-dixxipli tiegħu biex jagħmlu bħalu

Inqimu lil Ġeħova maʼ ħutna fil-laqgħat

Niffokaw fuq il-wegħdi sbieħ li wegħedna Ġeħova

Inħobbu iktar lil Ġeħova u lill-aħwa

Insaħħu l-fidi tagħna

Niftakru kif iħossu Ġeħova meta nibqgħu nissaportu u nobduh

Kif nibbenefikaw meta nibqgħu nissaportu?

Inġibu tifħir lil Ġeħova

Pr 27:11; Ġw 15:​7, 8; 1Pt 1:​6, 7

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġob 1:​6-12; 2:​3-5—Satana qal li Ġeħova jipproteġi lin-nies tiegħu biex jaqduh, imma meta Ġob issaporta wera li Satana kien żbaljat

    • Rum 5:19; 1Pt 1:​20, 21—Ġesù obda lil Alla u ssaporta sal-mewt, xi ħaġa li Adam ma għamilx. B’hekk wieġeb il-mistoqsija: Xi ħadd perfett jistaʼ jibqaʼ leali lejn Ġeħova anki meta jkun hemm ħajtu fin-nofs?

Ninkuraġġixxu lil oħrajn

Ikollna suċċess fl-ippritkar

Ġeħova jkun ferħan bina u jippremjana