Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Parir

Parir

Meta xi ħadd jagħtina parir

Għala għandna nfittxu għall-pariri mill-Bibbja?

Għala aħjar naċċettaw parir u mhux niskużaw lilna nfusna?

Pr 12:15; 29:1

Ara wkoll Pr 1:​23-31; 15:31

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 15:​3, 9-23—Meta l-profeta Samwel ikkoreġa lil Sawl, hu m’aċċettax il-parir u qagħad iġib l-iskużi, għalhekk Ġeħova ħadha kontrih

    • 2Kro 25:​14-16, 27—Meta l-profeta taʼ Ġeħova ta parir lir-Re Amażija biex jirranġa d-dnub li kien għamel, hu ma semax minnu u b’hekk Ġeħova ma baqax ferħan bih u jipproteġih

Għala għandna nuru rispett lejn l-anzjani li jtuna l-pariri?

1Te 5:12; 1Ti 5:17; Lh 13:​7, 17

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 3Ġw 9, 10—L-appostlu Ġwanni qal li Dijotrefe kien qed jagħmel ħażin għax hu ma ttrattax sew lill-anzjani li kienu jmexxu l-kongregazzjoni Kristjana

Għala għandna nisimgħu minn uħud kbar fl-età?

Le 19:32; Pr 16:31

Ara wkoll Ġob 12:12; 32:7; Tit 2:​3-5

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 23:​16-18—Ir-Re David ħassu inkuraġġit għax semaʼ mill-parir li tah Ġonatan, li kien 30 sena akbar minnu

    • 1Slt 12:​1-17—Ir-Re Reħobogħam m’aċċettax il-parir li tawh l-irġiel kbar fl-età u minflok semaʼ mill-parir li tawh iż-żgħażagħ, li wassal għal diżastru

X’juri li n-nisa u ż-żgħażagħ leali li jaqdu lil Ġeħova jistgħu jagħtu pariri tajbin?

Ġob 32:​6, 9, 10; Pr 31:​1, 10, 26; Ekk 4:13

Ara wkoll Sa 119:100

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 25:​14-35—Abigajl tat parir lil David u dan għenu biex ma joqtolx nies innoċenti

    • 2Sm 20:​15-22—Bil-parir tagħha, mara għaqlija mill-belt t’Abel salvat il-belt kollha

    • 2Slt 5:​1-14—Tifla żgħira Iżraelija qalet lill-gwerrier b’saħħtu kif jistaʼ jfiq mill-ġdiem

Għala rridu noqogħdu attenti mill-pariri taʼ dawk li ma jirrispettawx lil Ġeħova jew il-Bibbja?

Sa 1:1; Pr 4:14

Ara wkoll Lq 6:39

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

Tagħti parir

Għala tajjeb li tismaʼ, tkun taf il-fatti kollha, u tismaʼ ż-żewġ naħat qabel tagħti parir?

Pr 18:​13, 17

Ara wkoll Pr 25:8

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 1:​9-16—Il-Qassis il-Kbir Għeli ta parir aħrax lil Ħanna qabel ma kien jaf il-fatti, għax ħaseb li kienet fis-sakra

    • Mt 16:​21-23—Minħabba li l-appostlu Pietru ma kienx jaf il-fatti kollha, hu qal lil Ġesù biex jagħmel xi ħaġa li ried Satana u mhux dak li ried Ġeħova

Għala rridu nitolbu lil Ġeħova qabel nagħtu parir?

Sa 32:8; 73:​23, 24; Pr 3:​5, 6

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Eżo 3:​13-18—Il-profeta Mosè talab lil Ġeħova biex jgħinu jkun jaf kif isolvi l-problemi tal-Iżraelin

    • 1Slt 3:​5-12—Meta kien żagħżugħ ir-Re Salamun talab lil Ġeħova għall-għerf u ma straħx fuqu nnifsu, b’hekk Ġeħova bierku

Għala rridu nkunu ċerti li meta nagħtu parir dejjem ikun mill-Bibbja?

Sa 119:​24, 105; Pr 19:21; 2Ti 3:​16, 17

Ara wkoll Dt 17:​18-20

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Mt 4:​1-11—Ġesù ma wiġibx lil Satana skont kif ħaseb hu imma skont dak li tgħid il-Kelma t’Alla

    • Ġw 12:​49, 50—Aħna rridu nimitaw lil Ġesù għax dejjem għallem lin-nies dak li għallmu Ġeħova

Għala għandna dejjem nagħtu parir bi mħabba u anki nsibu xi ħaġa li biha nfaħħru lill-persuna?

Ga 6:1; Kol 3:12

Ara wkoll Is 9:6; 42:​1-3; Mt 11:​28, 29

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

Jekk Kristjan jgħidilna li kien hemm xi ħu li qarraq bih jew gideb fuqu, għala għandna ngħidulu biex imur ikellmu fil-privat?

Kristjan li ġie mweġġaʼ kif nistgħu ninkuraġġuh biex ikun paċenzjuż u jaħfer?

Mt 18:​21, 22; Mrk 11:25; Lq 6:36; Ef 4:32; Kol 3:13

Ara wkoll Mt 6:14; 1Kor 6:​1-8; 1Pt 3:​8, 9

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Mt 18:​23-35—Ġesù ta eżempju tajjeb ħafna biex jispjega għala hu importanti li naħfru

Għala rridu nżommu mal-livelli taʼ Ġeħova meta nagħtu parir?

Sa 141:5; Pr 17:10; 2Kor 7:​8-11

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 15:​23-29—Il-profeta Samwel ma beżax jagħti parir lir-Re Sawl

    • 1Slt 22:​19-28—Il-profeta Mikaja ma bidilx il-messaġġ taʼ twissija li kien se jagħti lir-Re Aħab avolja kien mhedded u trattat ħażin

Kif nistgħu nagħtu parir lil xi ħadd mingħajr ma nagħmlulu ħsara spiritwali?

Lh 12:​11-13

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Lq 22:​31-34—Għalkemm l-appostlu Pietru għamel żbalji serji, Ġesù kien ċert li Pietru kien se jkompli jaqdi lil Ġeħova u jgħin lil oħrajn

    • Flm 21—L-appostlu Pawlu kien konvint li Filemon kien se japplika l-parir li tah

Kif nistgħu nagħtu parir bi mħabba lil dawk li jkunu għaddejjin mill-problemi jew skuraġġiti?

Kif nistgħu nuru lil xi ħadd li dineb li aħna nixtiequ ngħinuh jerġaʼ jkollu ħbiberija b’saħħitha ma’ Ġeħova?

Kif nistgħu nuru rispett meta nagħtu parir lil xi ħadd?

Meta xi ħadd jibqaʼ jinjora l-pariri tal-Bibbja, l-anzjani għala għandhom jikkoreġuh b’mod sod?