Persekuzzjoni
Il-Kristjani għala jafu li se jiġu ppersegwitati?
Meta niġu ppersegwitati, għala għandna nitolbu lil Ġeħova biex jagħtina s-saħħa?
Sa 55:22; 2Kor 12:9, 10; 2Ti 4:16-18; Lh 13:6
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
1Slt 19:1-18—Meta kien ippersegwitat, il-profeta Elija fetaħ qalbu maʼ Ġeħova u hu inkuraġġieh u għenu
-
At 7:9-15—Ġużeppi kien ippersegwitat minn ħutu, imma Ġeħova baqaʼ leali lejh, salvah, u użah biex isalva l-familja tiegħu
-
Persekuzzjoni li nistgħu niffaċċjaw
Meta xi ħadd iwaqqagħna għaċ-ċajt
2Kro 36:16; Mt 5:11; At 19:9; 1Pt 4:4
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
2Slt 18:17-35—Rabsake, il-kelliemi tar-re tal-Assirja, għajjar lil Ġeħova u waqqaʼ għaċ-ċajt lin-nies taʼ Ġerusalemm
-
Lq 22:63-65; 23:35-37—Dawk li kienu jobogħdu lil Ġesù bdew jgħajruh u jwaqqgħuh għaċ-ċajt waqt li kien arrestat u fuq iz-zokk tat-tortura
-
Meta tal-familja jiħduha kontrina
Meta niġu arrestati u jiħduna quddiem l-awtoritajiet
Meta xi ħadd isawwatna
Meta grupp taʼ nies jattakkawna
Meta joqtluna
Il-Kristjani x’għandhom jagħmlu meta jiġu ppersegwitati?
Mt 5:44; At 16:25; 1Kor 4:12, 13; 1Pt 2:23
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
At 7:57-60; 8:1—Meta Stiefnu kien qed jiġi maqtul minn grupp taʼ nies li magħhom kien hemm Sawl minn Tarsu, Stiefnu talab lil Ġeħova biex jaħfrilhom
-
At 16:22-34—Meta l-appostlu Pawlu ġie msawwat u għamlulu saqajh fil-qjud, hu kien qalbu tajba mal-għassies tal-ħabs. Minħabba f’hekk, hu u l-familja tiegħu saru Kristjani
-
Xi Kristjani tal-bidu xi ġralhom?
Kif għandna nħossuna meta niġu ppersegwitati?
It-tama li għandna għall-futur kif tagħtina s-saħħa meta niġu ppersegwitati?
Għala m’għandniex nistħu, nibżgħu, jew inħossuna skuraġġiti meta niġu ppersegwitati, u għala nibqgħu naqdu lil Ġeħova?
Sa 56:1-4; At 4:18-20; 2Ti 1:8, 12
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
2Kro 32:1-22—Meta r-Re Sennakerib mar b’armata kbira biex jattakka lil Ġerusalemm, ir-Re Ħeżekija straħ fuq Ġeħova u inkuraġġixxa lin-nies tiegħu. Minħabba f’hekk, Ġeħova bierku bil-kbir
-
Lh 12:1-3—Dawk li bdew jippersegwitaw lil Ġesù pprovaw iġegħluh jistħi imma hu ma ħallihomx jaqtgħulu qalbu
-
X’affarijiet tajbin jistgħu jiġru meta niġu ppersegwitati?
Meta nissaportu nkunu qed inferrħu lil Ġeħova u nġibu tifħir lil ismu
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġob 1:6-22; 2:1-10—Ġob ma kienx jaf li Satana kien qed jippersegwitah, imma hu xorta baqaʼ leali lejn Ġeħova. B’hekk, Ġob ħareġ lil Satana taʼ giddieb u ġab tifħir lil Ġeħova
-
Da 1:6, 7; 3:8-30—Minħabba li Ħananija, Misael, u Għażarija (Sidrak, Mesak, u Għabednego) kienu lesti li jmutu biex jobdu lil Ġeħova, ir-Re Nebukadnessar beda jfaħħar lil Ġeħova quddiem kulħadd
-
Meta niġu ppersegwitati n-nies jistgħu jitgħallmu dwar Ġeħova
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
At 11:19-21—Minħabba l-persekuzzjoni, il-Kristjani nxterdu u l-aħbar tajba ġiet ppritkata f’ħafna pajjiżi
-
Flp 1:12, 13—L-appostlu Pawlu kien ferħan meta xi wħud semgħu l-aħbar tajba waqt li hu kien il-ħabs
-
Meta nissaportu l-persekuzzjoni nistgħu ninkuraġġixxu lill-aħwa
Meta l-qaddejja taʼ Ġeħova jiġu ppersegwitati, x’aktarx min ikun responsabbli?
Ġer 26:11; Mrk 3:6; Ġw 11:47, 48, 53; At 25:1-3
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
At 19:24-29—Xi wħud li kienu jagħmlu l-idoli f’Efesu ħasbu li l-messaġġ li kienu qed jippritkaw il-Kristjani kien se jtellifhom il-flus, għalhekk ippersegwitawhom
-
Ga 1:13, 14—Qabel sar Kristjan, Pawlu (Sawl) tant kien jemmen fil-Ġudaiżmu li kien jippersegwita lill-Kristjani
-
Min hu responsabbli għall-persekuzzjoni li qed jiffaċċjaw il-qaddejja taʼ Ġeħova?