Qalb
Meta l-Bibbja tuża l-kelma “qalb,” kif nafu li tkun qed tirreferi għall-ħsibijiet, l-intenzjonijiet, il-kwalitajiet, u l-emozzjonijiet taʼ persuna?
Sa 49:3; Pr 16:9; Lq 5:22; At 2:26
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Lq 9:46-48—Ġesù kkoreġa l-appostli għax ra li f’qalbhom kellhom il-kburija
-
Għala hu importanti li nipproteġu lil qalbna?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ġen 6:5-7—Minħabba l-ħażen li n-nies kellhom f’qalbhom, Alla ġab Dulluvju
-
1Slt 11:1-10—Ir-Re Salamun ma pproteġiex lil qalbu u żżewweġ nisa barranin li begħduh minn Ġeħova
-
Mrk 7:18-23—Ġesù spjega li x-xewqat ħżiena kollha jiġu mill-qalb u li dawn jistgħu jġegħluna nagħmlu affarijiet li Alla jobgħod
-
Kif nistgħu nipproteġu lil qalbna?
Sa 19:14; Pr 3:3-6; Lq 21:34; Flp 4:8
Ara wkoll Esd 7:8-10; Sa 119:11
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ef 6:14-18; 1Te 5:8—L-appostlu Pawlu spjega li l-ġustizzja, il-fidi, u l-imħabba se jgħinuna biex nipproteġu lil qalbna bħalma l-kurazza li jilbes suldat tipproteġi lil qalbu
-
Kif nistgħu nkunu nafu li għandna problema f’qalbna, jiġifieri l-persuna li aħna minn ġewwa?
Ara wkoll Pr 6:12-14
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
2Kro 25:1, 2, 17-27—Għal xi żmien, ir-Re Amażija għamel dak li hu sew f’għajnejn Ġeħova imma peress li ma kienx iħobbu vera, sar kburi, m’obdiehx, u bata l-konsegwenzi
-
Mt 7:17-20—Ġesù qal li bħalma siġra ħażina tagħmel frott ħażin, jekk ikollna qalb ħażina se nagħmlu affarijiet ħżiena
-
Għala għandna naħdmu biex ikollna affarijiet tajbin f’qalbna, u kif nistgħu nagħmlu dan?
Ara wkoll Sa 119:97, 104; Rum 12:9-16; 1Ti 1:5
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
2Slt 20:1-6—Meta r-Re Ħeżekija kien ma jiflaħx u kien se jmut, hu talab lil Ġeħova biex jiftakar li kien qdieh b’qalbu kollha
-
Mt 21:28-32—Ġesù ġab eżempju biex juri li aħna nuru x’hemm f’qalbna b’dak li nagħmlu u mhux b’dak li ngħidu
-
Għala hu inkuraġġanti li nafu li Ġeħova jara x’hemm f’qalbna?
Ara wkoll 1Sm 2:3
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
1Sm 16:1-13—Il-profeta Samwel tgħallem li għal Ġeħova l-iktar ħaġa importanti hi dak li hemm f’qalbna u mhux kif nidhru
-
2Kro 6:28-31—Fit-talba tal-inawgurazzjoni tat-tempju, ir-Re Salamun qal li Alla jifhem eżatt x’hemm f’qalbna u juża dak li jaf biex jgħinna
-