KAPITLU ĦDAX
Għala hawn daqstant tbatija?
1, 2. Ħafna nies x’jistaqsu?
TSUNAMI jeqred raħal sħiħ. Wieħed raġel jidħol jispara fi knisja, fejn iweġġaʼ u joqtol lil ħafna nies. Omm tmut bil-kanċer u tħalli warajha ħamest itfal.
2 Meta jseħħu diżastri jew traġedji bħal dawn, ħafna jistaqsu, “Għala?” Ħafna nies jistaqsu għala d-dinja hi mimlija mibegħda u tbatija. Int ġieli ħsibt dwar dan?
3, 4. (a) Ħabakkuk staqsa liema mistoqsijiet? (b) Ġeħova kif wieġbu?
3 Mill-Bibbja nitgħallmu li rġiel li kellhom fidi soda f’Alla wkoll staqsew mistoqsijiet bħal dawn. Pereżempju, il-profeta Ħabakkuk staqsa lil Ġeħova: “Għaliex tħallini nara dak li hu taʼ wġigħ, u int tibqaʼ sempliċement tħares lejn l-inkwiet? U t-tħarbit u l-vjolenza għala huma quddiemi? Għala hemm it-tilwim, u għala jqum il-ġlied?”—Ħabakkuk 1:3.
4 F’Ħabakkuk 2:2, 3, naqraw it-tweġiba t’Alla għall-mistoqsijiet taʼ Ħabakkuk u l-wegħda Tiegħu li jirranġa s-sitwazzjoni. Ġeħova għandu mħabba kbira għan-nies. Il-Bibbja tgħid: “Hu jimpurtah minnkom.” (1 Pietru 5:7) Infatti, Alla jobgħod jara t-tbatija ħafna iktar milli nobogħdu narawha aħna. (Isaija 55:8, 9) Allura ejja niddiskutu l-mistoqsija, Għala hawn daqstant tbatija fid-dinja?
GĦALA HAWN DAQSTANT TBATIJA?
5. (a) X’jgħidu ħafna għalliema reliġjużi dwar it-tbatija? (b) Il-Bibbja x’tgħallem dwar it-tbatija?
5 Qassisin u għalliema reliġjużi spiss jgħidu li hi r-rieda t’Alla li n-nies ibatu. Xi wħud għandhom mnejn jgħidu li kull ħaġa li persuna tgħaddi minnha, inkluż it-traġedji, tkun diġà ġiet deċiża minn Alla u li qatt ma nistgħu nifhmu għala. Oħrajn forsi saħansitra jgħidu li n-nies, inkluż it-tfal żgħar, imutu ħalli jkunu jistgħu jitilgħu ħdejn Alla fis-sema. Imma dan mhuwiex minnu. Ġeħova qatt ma jikkaġuna affarijiet ħżiena. Il-Bibbja tgħid: “Ma jistax ikun li l-Alla l-veru jaġixxi bil-ħażen, u li Dak li Jistaʼ Kollox jaġixxi b’mod inġust!”—Ġob 34:10.
6. Ħafna nies għala jwaħħlu f’Alla għat-tbatija kollha li hawn fid-dinja?
6 Ħafna nies iwaħħlu f’Alla għat-tbatija kollha li hawn għax jaħsbu li d-dinja qed imexxiha Alla. Imma kif sirna nafu f’Kapitlu 3, il-ħakkiem veru tad-dinja hu Satana x-Xitan.
7, 8. Għala hawn daqstant tbatija fid-dinja?
7 Il-Bibbja tgħidilna li “d-dinja kollha qiegħda taħt il-qawwa tal-Ħażin.” (1 Ġwanni 5:19) Il-ħakkiem taʼ din id-dinja, Satana, hu mill-agħar u kattiv. Hu qed “iqarraq bl-art abitata kollha.” (Rivelazzjoni 12:9) Ħafna wħud jimitawh. U din hi biss raġuni waħda għala d-dinja hi mimlija gideb, mibegħda, u krudeltà.
8 Hemm raġunijiet oħrajn għala hawn daqstant tbatija fid-dinja. Wara li Adam u Eva rribellaw, uliedhom wirtu d-dnub. U minħabba d-dnub, il-bnedmin iġibu t-tbatija fuq bnedmin oħra. Huma spiss ikunu jridu jħossuhom iktar importanti minn oħrajn. Barra Ekkleżjasti 4:1; 8:9) Kultant in-nies ibatu minħabba “ż-żmien u l-ġrajjiet mhux mistennijin.” (Ekkleżjasti 9:11) Meta jkunu f’post ħażin f’ħin żbaljat, jistaʼ jkollhom aċċident jew tiġrilhom xi ħaġa ħażina oħra.
minn hekk, huma jiġġieldu, imorru għall-gwerra, u jaħqru lil oħrajn. (9. Għala nistgħu nkunu ċerti li Alla għandu raġuni tajba biex iħalli t-tbatija tibqaʼ għaddejja?
9 Ġeħova qatt ma jikkaġuna t-tbatija. Mhux tort tiegħu li hawn il-gwerer, il-kriminalità, u t-trattament ħażin. Alla ma jikkaġunax diżastri bħat-terremoti, l-uragani, u l-għargħar. Imma għandek mnejn tistaqsi, ‘Jekk fl-univers m’hemm ħadd iktar setgħan minn Ġeħova, għala ma jwaqqafx dawn l-affarijiet mill-agħar milli jseħħu?’ Aħna nafu li Alla jimpurtah ħafna minna, allura żgur li għandu raġuni tajba biex iħalli t-tbatija tibqaʼ għaddejja.—1 Ġwanni 4:8.
GĦALA ALLA JIPPERMETTI T-TBATIJA
10. Satana kif sfida lil Ġeħova?
10 Fil-ġnien tal-Għeden, ix-Xitan qarraq b’Adam u Eva. Satana akkuża lil Alla li kien Mexxej ħażin. Hu qal li Alla kien qed jaħbi xi ħaġa tajba minn Adam u Eva. Satana riedhom jemmnu li hu kien se jkun mexxej aħjar minn Ġeħova u li huma ma kellhomx bżonn lil Alla.—Ġenesi 3:2-5; ara n-Nota fl-aħħar numru 27.
11. Liema mistoqsija għandna bżonn inwieġbu?
11 Adam u Eva m’obdewx lil Ġeħova u rribellaw kontrih. Huma ħasbu li kellhom id-dritt li jiddeċiedu għalihom infushom x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Ġeħova kif setaʼ jagħti prova li r-ribelli kienu żbaljati u li hu jaf x’inhu l-aħjar għalina?
12, 13. (a) Ġeħova għala ma qeridx lir-ribelli mill-ewwel? (b) Ġeħova għala ħalla lil Satana jkun il-ħakkiem taʼ din id-dinja u lill-bnedmin imexxu lilhom infushom?
Ġenesi 1:28; Isaija 55:10, 11.
12 Ġeħova ma qeridx lil Adam u Eva mill-ewwel. Minflok, hu ħalliehom ikollhom it-tfal. Imbagħad Ġeħova għamilha possibbli għat-tfal t’Adam u Eva biex jagħżlu lil min riedu huma bħala l-mexxej tagħhom. L-iskop taʼ Ġeħova kien li jimla l-art b’nies perfetti, u x-Xitan bl-ebda mod ma setaʼ jfixkel dan l-iskop.—13 Satana sfida lil Ġeħova quddiem miljuni t’anġli. (Ġob 38:7; Danjel 7:10) Allura Ġeħova ta lil Satana biżżejjed żmien biex jipprova juri li l-akkuża tiegħu kienet minnha. Hu ta wkoll lill-bnedmin biżżejjed żmien biex imexxu lilhom infushom taħt il-gwida taʼ Satana biex juru jekk jistgħux jirnexxu mingħajr l-għajnuna t’Alla.
14. Iż-żmien x’wera?
14 Għal eluf taʼ snin, il-bnedmin ipprovaw imexxu lilhom infushom, imma fallew bl-ikrah. Iżjed minn hekk, Satana ħareġ taʼ giddieb. Il-bnedmin għandhom bżonn l-għajnuna t’Alla. Il-profeta Ġeremija kellu raġun meta qal: “Jien naf, O Ġeħova, li triq il-bniedem m’hijiex f’idejh. Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-passi tiegħu.”—Ġeremija 10:23.
ĠEĦOVA GĦALA DAM JISTENNA DAQSHEKK?
15, 16. (a) Ġeħova għala ħalla t-tbatija tibqaʼ għaddejja daqshekk? (b) Ġeħova għala ma rranġax il-problemi li ħoloq Satana?
15 Ġeħova għala ħalla t-tbatija tibqaʼ għaddejja daqshekk? Għala ma jwaqqafx l-affarijiet ħżiena milli jiġru? Kellu jgħaddi ż-żmien biex jidher ċar li l-ħakma taʼ Satana falliet. Il-bnedmin ipprovaw kull tip taʼ
gvern u l-ebda wieħed ma kien taʼ suċċess. Avolja kien hemm progress fix-xjenza u t-teknoloġija, hawn iktar inġustizzja, faqar, kriminalità, u gwerer minn qatt qabel. Aħna ma nistgħux immexxu lilna nfusna b’suċċess mingħajr Alla.16 Madankollu, Ġeħova ma rranġax il-problemi li ħoloq Satana. Li kieku jagħmel dan, ikun ifisser li Alla jappoġġa l-ħakma taʼ Satana, u din xi ħaġa li Hu qatt mhu se jagħmel. Ukoll, il-bnedmin kieku kienu jaħsbu li huma kapaċi jaħkmu lilhom infushom. Imma dan mhuwiex minnu, u Ġeħova mhux se jappoġġa gidba. Hu qatt ma jigdeb.—Ebrej 6:18.
17, 18. Ġeħova x’se jagħmel dwar il-ħsara kollha li ħoloq Satana?
17 Jistaʼ Ġeħova jirranġa l-ħsara kollha li hawn minħabba r-ribelljoni taʼ Satana u l-bnedmin? Iva. Għal Alla, kollox hu possibbli. Ġeħova jaf eżatt kemm irid iħalli żmien biex kulħadd jara li l-akkużi taʼ Satana mhumiex minnhom. Imbagħad se jbiddel l-art f’ġenna, kif kien l-iskop oriġinali tiegħu. Dawk kollha “fl-oqbra tat-tifkira” se jiġu rxoxtati. (Ġwanni 5:28, 29) In-nies qatt ma se jimirdu jew imutu. Ġesù se jirranġa l-ħsara kollha li ħoloq Satana. Ġeħova se juża lil Ġesù “biex ikisser l-għemejjel tax-Xitan.” (1 Ġwanni 3:8) Aħna grati li sadanittant Ġeħova wera l-paċenzja magħna biex inkunu nistgħu nsiru nafuh u nistgħu niddeċiedu li rridu li hu jkun il-Mexxej tagħna. (Aqra t-2 Pietru 3:9, 10.) Anki meta nbatu, hu jgħinna nissaportu.—Ġwanni 4:23; aqra l-1 Korintin 10:13.
18 Ġeħova ma jisforzaniex nagħżlu lilu bħala
l-Mexxej tagħna. Hu ta lill-bnedmin il-libertà tal-għażla. Ejja neżaminaw xi tfisser din l-għotja prezzjuża għalina.INT KIF SE TUŻA L-GĦOTJA TAL-LIBERTÀ TAL-GĦAŻLA?
19. (a) Ġeħova tana liema għotja meraviljuża? (b) Għala għandna nkunu grati għal din l-għotja?
19 L-għotja meraviljuża li tana Ġeħova tal-libertà tal-għażla tagħmilna differenti ħafna mill-annimali. Huma jaġixxu bl-istint, imma aħna nistgħu nagħżlu kif irridu ngħixu ħajjitna u niddeċiedu jekk irridux nogħġbu lil Ġeħova. (Proverbji 30:24) Ukoll, aħna m’aħniex bħal magni li jagħmlu biss dak li ġew magħmulin biex jagħmlu. Aħna għandna l-libertà li nagħżlu x’tip taʼ persuna rridu nkunu, lil min irridu bħala l-ħbieb tagħna, u xi rridu nagħmlu b’ħajjitna. Ġeħova jridna ngawdu l-ħajja.
20, 21. X’inhi l-aqwa għażla li tistaʼ tagħmel issa?
20 Ġeħova jridna nħobbuh. (Mattew 22:37, 38) Hu bħal missier li jieħu gost jismaʼ lil ibnu jgħidlu “Inħobbok” meta t-tifel jgħidha minn qalbu u mhux għax xi ħadd iġiegħlu. Ġeħova tana l-libertà li nagħżlu jekk naqduhx jew le. Satana, Adam, u Eva għażlu li jagħtu daharhom lil Ġeħova. Int kif se tuża l-għotja tiegħek tal-libertà tal-għażla?
21 Uża l-libertà tal-għażla tiegħek biex taqdi lil Ġeħova. Hemm miljuni taʼ wħud li ddeċidew li jogħġbu lil Alla u jagħtu daharhom lil Satana. (Proverbji 27:11) X’tistaʼ tagħmel issa biex tkun fid-dinja l-ġdida t’Alla meta jneħħi t-tbatija kollha? Il-kapitlu li jmiss se jwieġeb din il-mistoqsija.