KAPITLU ĦMISTAX
Il-mod kif għandek tqim lil Alla
1. Min jistaʼ jgħidilna kif għandna nqimu lil Alla?
IL-BIĊĊA l-kbira mir-reliġjonijiet isostnu li huma jgħallmu l-verità dwar Alla. Imma dan ma jistax ikun, għax ir-reliġjonijiet jgħallmu affarijiet differenti ħafna dwar min hu Alla u kif għandna nqimuh. Kif nistgħu nsiru nafu kif għandna nqimu lil Alla? Ġeħova hu l-uniku wieħed li jistaʼ jgħidilna kif għandna nqimuh.
2. Kif tistaʼ titgħallem kif għandek tqim lil Alla?
2 Ġeħova tana l-Bibbja biex inkunu nistgħu nitgħallmu kif għandna nqimuh. Mela studja l-Bibbja, u Ġeħova se jgħinek tibbenefika mit-tagħlim tiegħu għax hu jinteressah ħafna minnek.—Isaija 48:17.
3. Alla xi jridna nagħmlu?
3 Xi wħud jgħidu li Alla jaċċetta r-reliġjonijiet kollha, imma Ġesù mhux hekk għallimna. Hu qal: “Mhux kulmin jgħidli, ‘Mulej, Mulej,’ jidħol fis-saltna tas-smewwiet, imma min jagħmel ir-rieda taʼ Missieri.” Għalhekk, aħna għandna bżonn nitgħallmu x’inhi r-rieda t’Alla u mbagħad irridu nagħmluha. Din hi kwistjoni serja għax Ġesù qabbel lil dawk li ma jobdux lil Alla maʼ kriminali, uħud li ‘jiksru l-liġi.’—Mattew 7:21-23.
4. Ġesù x’qal dwar li nagħmlu r-rieda t’Alla?
4 Ġesù wissiena li meta nkunu rridu nagħmlu r-rieda t’Alla, se nħabbtu wiċċna mal-isfidi. Hu qal: Mattew 7:13, 14) It-triq l-imħarbta, jew il-mod kif għandna nqimu lil Alla, twassal għall-ħajja taʼ dejjem. It-triq il-wiesgħa, jew il-mod kif m’għandniex inqimu lil Alla, twassal għall-mewt. Imma Ġeħova ma jrid lil ħadd imut. Hu jagħti lil kulħadd l-opportunità li jitgħallem dwaru.—2 Pietru 3:9.
“Idħlu mill-bieb id-dejjaq; għax wiesgħa u spazjuża hi t-triq li tieħu għall-qerda, u ħafna jgħaddu minnha; filwaqt li dejjaq hu l-bieb u mħarbta hi t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma dawk li jsibuha.” (IL-MOD KIF GĦANDEK TQIM LIL ALLA
5. Kif tistaʼ tagħraf lil dawk li jqimu lil Alla kif suppost?
5 Ġesù qal li aħna nistgħu nagħrfu lil dawk li jqimu lil Alla kif suppost. Dan nagħmluh billi neżaminaw dak li jemmnu u kif iġibu ruħhom. Hu qal: “Mill-frott tagħhom tagħrfuhom.” U żied jgħid: “Kull siġra tajba tagħmel frott tajjeb.” (Mattew 7:16, 17) Dan ma jfissirx li dawk li jqimu lil Alla huma perfetti. Imma l-qaddejja t’Alla dejjem jipprovaw jagħmlu dak li hu sewwa. Issa se naraw x’se jgħinna nagħrfu lil dawk li jqimu lil Alla kif suppost.
6, 7. (a) Il-qima vera għala hi bbażata fuq il-Bibbja? (b) L-eżempju taʼ Ġesù x’jgħallimna?
6 Il-qima tagħna għandha tkun ibbażata fuq il-Bibbja. Il-Bibbja tgħid: “L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem, twiddeb, tikkoreġi, tiddixxiplina fis-sewwa, sabiex il-bniedem t’Alla jkun kapaċi għalkollox, armat bis-sħiħ għal kull għemil tajjeb.” (2 Timotju 3:16, 17) L-appostlu Pawlu kiteb lill-Kristjani: “Meta rċivejtu l-kelma t’Alla, li smajtu mingħandna, ma lqajtuhiex bħala l-kelma tal-bnedmin, imma bħalma hi tassew, bħala l-kelma t’Alla.” (1 Tessalonikin 2:13) Il-qima vera hi bbażata biss fuq il-Kelma t’Alla, il-Bibbja. Mhijiex ibbażata fuq ideat tal-bnedmin, tradizzjonijiet, jew xi ħaġa oħra.
7 Kull ħaġa li għallem Ġesù kienet ibbażata fuq il-Kelma t’Alla. (Aqra Ġwanni 17:17.) Hu spiss kien jikkwota mill-Iskrittura. (Mattew 4:4, 7, 10) Il-qaddejja veri t’Alla jsegwu l-eżempju taʼ Ġesù u jibbażaw dak kollu li jgħallmu fuq il-Bibbja.
8. Ġesù x’għallimna dwar kif għandna nqimu lil Ġeħova?
8 Għandna nqimu lil Ġeħova biss. Salm 83:18 jgħid: “Int, li ismek hu Ġeħova, int waħdek l-Iktar Għoli fuq l-art kollha.” Ġesù ried li n-nies ikunu jafu eżatt min hu l-Alla l-veru, u hu għallem lin-nies l-isem t’Alla. (Aqra Ġwanni 17:6.) Ġesù qal: “Qim lil Ġeħova Alla tiegħek, u lilu biss agħti servizz sagru.” (Mattew 4:10) Allura, bħala l-qaddejja t’Alla, aħna nsegwu l-eżempju taʼ Ġesù. Inqimu lil Ġeħova biss, nużaw ismu, u ngħallmu lil oħrajn x’inhu l-isem t’Alla u x’se jagħmel għalina.
9, 10. Kif nuru mħabba lejn xulxin?
9 Irid ikollna mħabba ġenwina għan-nies. Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex iħobbu lil xulxin. (Aqra Ġwanni 13:35.) Ma tagħmilx differenza minn fejn aħna, x’inhi l-kultura tagħna, jew jekk aħniex fqar jew sinjuri. L-imħabba tagħna għal xulxin għandha tagħmilna magħqudin bħala aħwa. (Kolossin 3:14) Allura ma mmorrux għall-gwerra u ma noqtlux lin-nies. Il-Bibbja tgħid: “Ulied Alla u wlied ix-Xitan jidhru ċar minn dan il-fatt: Kulmin ma jipprattikax il-ġustizzja ma joriġinax minn Alla, lanqas min ma jħobbx lil ħuh.” U żżid tgħid: “Għandna nħobbu lil xulxin; mhux bħal Kajjin, li oriġina mill-Ħażin u qatel lil ħuh.”—1 Ġwanni 3:10-12; 4:20, 21.
10 Aħna nużaw il-ħin, l-enerġija, u l-affarijiet materjali tagħna biex ngħinu u ninkuraġġixxu lil xulxin. (Ebrej 10:24, 25) Aħna “nagħmlu t-tajjeb maʼ kulħadd.”—Galatin 6:10.
11. Għala naċċettaw lil Ġesù bħala t-triq li twassalna għand Alla?
11 Għandna nobdu lil Ġesù għax hu t-triq li twassalna għand Alla. Il-Bibbja tgħid: “F’ħadd iżjed m’hemm salvazzjoni, għax m’hemmx isem ieħor taħt is-sema li ngħata lill-bnedmin u li bih nistgħu niġu salvati.” (Atti 4:12) F’Kapitlu 5 taʼ dan il-ktieb, tgħallimna li Ġeħova bagħat lil Ġesù biex jagħti ħajtu bħala fidwa għall-bnedmin ubbidjenti. (Mattew 20:28) Ġeħova għażel lil Ġesù biex isaltan għal fuq l-art. Huwa għalhekk li l-Bibbja tgħidilna li għandna nobdu lil Ġesù jekk irridu ngħixu għal dejjem.—Aqra Ġwanni 3:36.
12. Għala ma ninvolvux ruħna fil-politika?
12 M’għandniex ninvolvu ruħna fil-politika. Ġesù ma ħax sehem fil-politika. Meta kien għaddej ġuri, hu qal lill-ħakkiem Ruman Pilatu: “Is-saltna tiegħi mhix parti minn din id-dinja.” (Aqra Ġwanni 18:36.) Bħal Ġesù, aħna leali lejn is-Saltna t’Alla fis-sema, u għal din ir-raġuni, ngħixu fejn ngħixu, aħna ma ninvolvux ruħna fil-politika. Madankollu, il-Bibbja tikkmandana biex nobdu “l-awtoritajiet superjuri,” jiġifieri, il-gvernijiet. (Rumani 13:1) Aħna nobdu l-liġijiet tal-pajjiż fejn ngħixu. Naturalment, meta xi liġi tmur kontra l-liġijiet t’Alla, aħna nimitaw lill-appostli, li qalu: “Jeħtieġ li aħna nobdu lil Alla bħala ħakkiem u mhux lill-bnedmin.”—Atti 5:29; Marku 12:17.
13. Aħna x’nippritkaw dwar is-Saltna t’Alla?
13 Aħna nemmnu li s-Saltna t’Alla hi l-unika soluzzjoni għall-problemi tad-dinja. Ġesù qal li “l-aħbar tajba tas-saltna” kienet se tiġi pritkata mad-dinja kollha. (Aqra Mattew 24:14.) Ebda gvern uman ma jistaʼ jagħmel dak li se tagħmel għalina s-Saltna t’Alla. (Salm 146:3) Ġesù għallimna biex nitolbu għas-Saltna t’Alla meta qal: “Ħa tiġi saltnatek. Ħa jkun li trid int, kif fis-sema, ukoll fuq l-art.” (Mattew 6:10) Il-Bibbja tgħidilna li s-Saltna t’Alla se teqred lill-gvernijiet umani kollha u li se “tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”—Danjel 2:44.
14. Int min taħseb li jqim lil Alla kif suppost?
14 Wara li studjajt dawn il-punti, staqsi lilek innifsek: ‘Min huma dawk l-uħud li jibbażaw it-tagħlim tagħhom fuq il-Bibbja? Li jgħidu lil oħrajn dwar l-isem t’Alla? Li juru mħabba ġenwina lejn xulxin u jemmnu li Alla bagħat lil Ġesù biex isalvana? Min huma dawk li ma jinvolvux ruħhom fil-politika? Li jippritkaw li s-Saltna t’Alla biss tistaʼ ssolvi l-problemi tagħna?’ Ħadd ħlief ix-Xhieda taʼ Ġeħova.—Isaija 43:10-12.
INT X’SE TAGĦMEL?
15. Xi rridu nagħmlu jekk irridu li Alla jaċċetta l-qima tagħna?
15 Mhuwiex biżżejjed li sempliċement temmen li Alla jeżisti. Anki d-demonji jemmnu li Alla jeżisti, imma ma jobduhx. (Ġakbu 2:19) Jekk irridu li Alla jaċċetta l-qima tagħna, m’għandniex biss nemmnu li hu jeżisti imma għandna wkoll nagħmlu dak li jgħid.
16. Għala għandna nwarrbu r-reliġjon falza?
16 Biex Alla jaċċetta l-qima tagħna, għandna bżonn inwarrbu r-reliġjon falza. Il-profeta Isaija kiteb: “Oħorġu minn ġo nofsha, ibqgħu nodfa.” (Isaija 52:11; 2 Korintin 6:17) Għalhekk irridu nwarrbu kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-qima falza.
17, 18. X’inhi “Babilonja l-Kbira,” u għala hu urġenti li titlaqha?
17 X’inhi r-reliġjon falza? Hi kull reliġjon li tgħallimna biex inqimu lil Alla b’mod li jmur kontra l-Kelma tiegħu. Il-Bibbja ssejjaħ ir-reliġjon falza “Babilonja l-Kbira.” (Rivelazzjoni 17:5) Għala? Wara d-Dulluvju fi żmien Noè, ħareġ ħafna tagħlim reliġjuż falz mill-belt taʼ Babilonja. Dan it-tagħlim falz infirex mad-dinja kollha. Pereżempju, in-nies li kienu jgħixu Babilonja kienu jqimu gruppi taʼ tliet allat. Anki llum, ħafna reliġjonijiet jgħallmu li Alla hu Trinità, imma l-Bibbja tgħallem b’mod ċar li hemm biss Alla wieħed veru, Ġeħova, u li Ġesù hu Ibnu. (Ġwanni 17:3) In-nies li kienu jgħixu Babilonja kienu jemmnu wkoll li parti minn persuna tibqaʼ tgħix wara li jmut il-ġisem u li din il-parti tistaʼ tbati fl-infern. Dan mhuwiex veru.—Ara n-Nota fl-aħħar numru 14, 17, u 18.
18 Alla bassar li r-reliġjon falza kollha dalwaqt se tiġi meqruda. (Rivelazzjoni 18:8) Tifhem int għala hu daqstant urġenti li titlaq ir-reliġjon falza? Alla Ġeħova jridek tagħmel dan qabel ma jkun tard wisq.—Rivelazzjoni 18:4.
19. Meta tiddeċiedi li taqdi lil Ġeħova, kif se jieħu ħsiebek?
19 Meta tiddeċiedi li titlaq ir-reliġjon falza u taqdi lil Marku 10:28-30) Forsi xi wħud mill-ħbieb u l-familja li jopponu d-deċiżjoni tiegħek li taqdi lil Ġeħova iktar tard jiddeċiedu li jistudjaw il-Bibbja.
Ġeħova, xi wħud minn sħabek jew qrabatek għandhom mnejn ma jifhmux id-deċiżjoni tiegħek u jistgħu saħansitra jagħmlulek ħajtek diffiċli. Imma Ġeħova mhux se jabbandunak. Int se ssir parti minn familja taʼ miljuni taʼ nies madwar id-dinja li verament iħobbu lil xulxin, u se jkollok it-tama li tgħix għal dejjem fid-dinja l-ġdida t’Alla. (20. Għala hu importanti li tqim lil Alla kif suppost?
20 Alla dalwaqt se jeqred il-ħażen kollu u s-Saltna tiegħu se ssaltan għal fuq l-art. (2 Pietru 3:9, 13) Dan se jkun żmien mill-isbaħ! Kulħadd se jqim lil Ġeħova bil-mod kif iridna nqimuh Hu. Allura hu importanti li tieħu azzjoni issa u tqim lil Alla kif suppost.