Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’inhu l-iskop t’Alla għalina?

X’inhu l-iskop t’Alla għalina?

META taqra xi gazzetta, tara t-​televixin, jew tismaʼ r-​radju, int tara u tismaʼ ħafna aħbarijiet dwar il-​kriminalità, il-​gwerra, u t-​terroriżmu. Forsi int personalment qed tbati minħabba xi marda jew minħabba li mietlek xi ħadd li tħobb.

Staqsi lilek innifsek:

  • Alla hekk irid għalija u għal familti?

  • Fejn nistaʼ nsib l-​għajnuna biex inkampa mal-​problemi tiegħi?

  • Qatt se jkun hawn paċi vera?

Il-​Bibbja tagħtina tweġibiet taʼ min joqgħod fuqhom għal dawn il-​mistoqsijiet.

IL-​BIBBJA TGĦALLEM LI ALLA SE JAGĦMEL AFFARIJIET TAL-​GĦAĠEB FUQ L-​ART.

  • In-​nies mhux se jibqgħu jħossu l-​uġigħ, mhumiex se jixjieħu, u lanqas ma se jmutu.—Rivelazzjoni 21:4

  • “Iz-​zopp se jixxabbat bħaċ-​ċerv.”—Isaija 35:6

  • “Jinfetħu għajnejn l-​għomja.”—Isaija 35:5

  • Dawk li mietu se jerġgħu jingħataw il-​ħajja.—Ġwanni 5:28, 29

  • Ħadd mhu se jimrad.—Isaija 33:24

  • Kulħadd se jkollu x’jiekol bl-​abbundanza.—Salm 72:16

IBBENEFIKA MINN DAK LI TGĦALLEM IL-​BIBBJA

Ikun faċli li taħseb li dak li qrajt fl-​ewwel ftit paġni taʼ dan il-​ktieb hu biss ħolma. Imma Alla wiegħed li se jagħmel dawn il-​bidliet fuq l-​art dalwaqt, u l-​Bibbja tispjega kif se jagħmel dan.

Il-​Bibbja tagħmel iktar minn hekk. Tgħidilna dak li għandna bżonn inkunu nafu sabiex inkunu verament ferħanin u ngawdu l-​ħajja issa stess. Aħseb ftit dwar l-​affarijiet li jġegħluk tinkwieta. Dawn forsi jinkludu l-​flus jew kwistjonijiet tal-​familja, saħħa batuta, jew il-​mewt taʼ xi ħadd li tħobb. Il-​Bibbja tistaʼ tgħinek tkampa maʼ dawn il-​problemi u tistaʼ tfarrġek billi twieġeb mistoqsijiet bħal dawn:

Il-​fatt li qed taqra dan il-​ktieb juri li int trid tkun taf x’tgħallem il-​Bibbja. Dan il-​ktieb se jgħinek. Hemm mistoqsijiet mal-​paragrafi u dawn se jgħinuk tifhem il-​Bibbja aħjar. Miljuni taʼ nies jieħdu pjaċir jiddiskutu l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova. Nittamaw li int tkun wieħed minnhom. Jalla Alla jbierkek hekk kif tiskopri dak li tistaʼ titgħallem mill-​Bibbja!