KAPITLU 36
Min Se Jiġi Rxoxtat? Fejn Se Jgħixu?
FL-AĦĦAR żewġ kapitli, dwar kemm nies qrajna li ġew irxoxtati?— Dwar ħamsa. Kemm kien hemm tfal?— Tlieta. U r-rabaʼ wieħed kien żagħżugħ. X’taħseb li juri dan?—
Sewwa, dan juri li Alla jħobb lit-tfal u ż-żgħażagħ. Imma hu se jirxoxta lil ħafna oħrajn ukoll. Alla lil dawk biss li għamlu t-tajjeb se jirxoxta?— Forsi hekk naħsbu. Imma ħafna nies qatt ma tgħallmu l-verità dwar Alla Ġeħova u Ibnu. Allura għamlu dak li hu ħażin għax ġew mgħallmin affarijiet ħżiena. Taħseb li Ġeħova se jirxoxtahom lil nies bħal dawn?—
Il-Bibbja tgħid: “Se jkun hemm irxoxt kemm tan-nies sewwa u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.” (Atti 24:15) Dawk li ma kinux nies sewwa, jew li m’għamlux dak li hu sewwa, għala se jiġu rxoxtati?— Għax qatt ma kellhom iċ-ċans jitgħallmu dwar Ġeħova u dwar xi jrid li n-nies jagħmlu.
Ġwanni 11:23, 24) X’riedet tgħid Marta meta qalet li Lazzru se jqum “fl-aħħar jum”?—
Meta taħseb li se jiġu rxoxtati n-nies?— Erġaʼ aħseb dwar meta Lazzru miet u mbagħad Ġesù wiegħed lil oħtu Marta: “Ħuk iqum.” Marta wieġbet: “Naf li jqum fl-irxoxt fl-aħħar jum.” (Marta kienet semgħet bil-wegħda taʼ Ġesù: ‘Dawk kollha li qegħdin fl-oqbra se joħorġu.’ (Ġwanni 5:28, 29) Mela “l-aħħar jum” huwa meta dawk kollha fil-memorja t’Alla se jerġgħu jingħataw il-ħajja. Dan l-aħħar jum m’huwiex jum taʼ 24 siegħa. Se jkun twil elf sena. F’dan il-jum, tgħid il-Bibbja, ‘Alla se jiġġudika n-nies taʼ l-art.’ Fost dawk li se jiġġudika hemm in-nies li jkunu ġew irxoxtati.—Atti 17:31; 2 Pietru 3:8.
Aħseb ftit xi ġmiel taʼ jum se jkun dan! Matul dan il-jum t’elf sena, ħafna miljuni taʼ nies li mietu se jerġgħu jingħataw il-ħajja. Ġesù jsejjaħ dan il-post li jerġgħu jiġu fih Ġenna. Ejja naraw fejn se tkun din il-Ġenna u kif se tkun.
Xi tliet sigħat qabel Ġesù jmut fuq iz-zokk tat-tortura, hu jitkellem dwar il-Ġenna maʼ raġel li qiegħed fuq zokk ieħor ħdejh. Ir-raġel se jinqatel minħabba l-affarijiet ħżiena li għamel. Imma meta dan il-kriminal joqgħod jinnota lil Ġesù u jismaʼ Luqa 23:42, 43.
dak li jgħidu l-oħrajn Fuqu, hu jibda jemmen f’Ġesù. Allura l-kriminal jgħid: “Ftakar fija meta tidħol fis-saltna tiegħek.” Ġesù jwieġbu: “Tassew ngħidlek illum, Int tkun fil-Ġenna miegħi.”—X’ried ifisser Ġesù meta qal hekk? Fejn hi l-Ġenna?— Aħseb ftit dwar dan. Fejn kienet il-Ġenna fil-bidunett?— Tinsiex li Alla ta lill-ewwel bniedem, Adam, u lil martu ġenna biex jgħixu fiha hawn fuq l-art. Kienet tissejjaħ il-ġnien taʼ l-Għeden. F’dak il-ġnien kien hemm l-annimali, imma ma kienu jweġġgħu lil ħadd. U kien hemm siġar b’ħafna frott tajjeb, kif ukoll xmara kbira. Kemm kien post sabiħ biex tgħix fih!—Ġenesi 2:8-10.
Mela meta naqraw li l-kriminal kellu jkun fil-Ġenna, irridu nimmaġinaw f’moħħna din l-art mibdula f’post sabiħ biex ngħixu fih. Se jkun Ġesù fil-Ġenna fuq l-art maʼ dak li qabel kien kriminal?— Le. Taf għala mhux se jkun hawn?—
Għax Ġesù se jkun fis-sema jaħkem bħala Sultan fuq il-Ġenna taʼ l-art. Allura Ġesù se jkun maʼ dak ir-raġel fis-sens li se jqajmu mill-mewt u jieħu ħsiebu. Imma Ġesù għala se jħalli lil dak li qabel kien kriminal jgħix fil-Ġenna?— Ejja naraw kif nistgħu nsibu t-tweġiba.
Qabel ma l-kriminal kellem lil Ġesù, kien jafhom l-iskopijiet t’Alla?— Le, ma kienx. Hu għamel affarijiet ħżiena għax ma kienx jaf il-verità dwar Alla. Fil-Ġenna xi ħadd se jgħallmu dwar l-iskopijiet t’Alla. Imbagħad se jkollu l-opportunità li juri li veru jħobb lil Alla billi jagħmel ir-rieda Tiegħu.
Dawk kollha li se jiġu rxoxtati se jgħixu fil-Ġenna taʼ l-art?— Le. Taf għala le?— Għax xi wħud se jiġu rxoxtati biex jgħixu maʼ Ġesù fis-sema. Se jaħkmu miegħu bħala slaten għal fuq l-art meta din tkun Ġenna. Ejja naraw minfejn nafuh dan.
Fil-lejl qabel Ġesù jmut, hu jgħid lill-appostli tiegħu: ‘F’dar Missieri hemm ħafna postijiet fejn toqogħdu, u jien sejjer nipprepara post għalikom.’ Imbagħad Ġesù jwegħedhom: “Nerġaʼ niġi u nilqagħkom id-dar għandi, biex fejn inkun jien tkunu intom ukoll.”—Ġwanni 14:2, 3.
Ġwanni 17:4, 5) Allura Ġesù jwiegħed lill-appostli tiegħu u lil dixxipli oħra li hu se jirxoxtahom biex ikunu miegħu fis-sema. X’se jagħmlu hemmhekk maʼ Ġesù?— Il-Bibbja tgħid li d-dixxipli tiegħu li għandhom sehem mill-“ewwel irxoxt” se jgħixu fis-sema u jaħkmu fuq l-art bħala ‘slaten miegħu għall-elf sena.’—Rivelazzjoni 5:10; 20:6; 2 Timotju 2:12.
Fejn imur Ġesù wara li jiġi rxoxtat?— Iva, jerġaʼ jmur is-sema biex ikun maʼ Missieru. (Kemm se jkun hemm li se jieħdu sehem mill-“ewwel irxoxt” u jaħkmu maʼ Ġesù bħala slaten?— Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: ‘Tibżgħux, merħla żgħira, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-saltna.’ (Luqa 12:32) In-numru taʼ dawk tal-“merħla żgħira,” li se jiġu rxoxtati biex ikunu maʼ Ġesù fis-Saltna tiegħu tas-sema, huwa numru eżatt. Il-Bibbja turi li “mija u erbgħa u erbgħin elf” jiġu rxoxtati mill-art.—Rivelazzjoni 14:1, 3.
Kemm se jgħixu nies fil-Ġenna taʼ l-art?— Il-Bibbja ma tgħidx. Imma Alla kien qal lil Adam u Eva meta kienu fil-ġnien taʼ l-Għeden biex ikollhom it-tfal u jimlew l-art. Veru, huma m’għamluhx dan. Imma Alla se jieħu ħsieb li l-iskop tiegħu, li l-art tkun mimlija b’nies tajbin, iseħħ.—Ġenesi 1:28; Isaija 45:18; 55:11.
Aħseb ftit kemm se jkun sabiħ li tgħix fil-Ġenna taʼ l-art! Id-dinja kollha se ssir bħal ġnien. Se tkun mimlija għasafar u annimali u mżejna b’kull tip taʼ siġar u fjuri. Ħadd ma se jkollu xi wġigħ minħabba l-mard, u ħadd ma se jmut. Kulħadd se jkun ħabib taʼ xulxin. Jekk irridu ngħixu għal dejjem fil-Ġenna taʼ l-art, issa huwa ż-żmien li nippreparaw ruħna għal dan.
Aqra iktar dwar l-iskop t’Alla għall-art fi Proverbji 2:21, 22; Koħèlet 1:4; Isaija 2:4; 11:6-9; 35:5, 6; u 65:21-24.