Għanja 12
Ħajja taʼ Dejjem Hi Mwiegħda
1. Ħajja taʼ dejjem hi mwiegħda.
Tmiem għal did-dinja m’hemmx żgur.
‘L-umli jgħix,’ qal is-salmista.
Ferm fiċ-ċert hu l-futur.
(Kor)
Għal dejjem se ngħixu.
Ejjew inħabirku.
Kliem Alla hu veru.
Li qal se jseħħ żgur.
2. Ġenna tal-art f’perfezzjoni;
U wlied Ġeħova ħelsin.
Jgħixu fis-sliem u f’unjoni,
Minnu immexxijin.
(Kor)
Għal dejjem se ngħixu.
Ejjew inħabirku.
Kliem Alla hu veru.
Li qal se jseħħ żgur.
3. Daqt ġej irxoxt liema bħalu,
Il-gwaj jispiċċa fil-waqt.
Hu ġeneruż, tfur imħabbtu,
Alla d-dmugħ jimsaħ daqt.
(Kor)
Għal dejjem se ngħixu.
Ejjew inħabirku.
Kliem Alla hu veru.
Li qal se jseħħ żgur.
(Ara wkoll Is. 25:8; Lq. 23:43; Ġw. 11:25; Riv. 21:4.)